Lokali
Għada jidħol fis-seħħ il-Kodiċi ta’ Etika tan-Nutara – 8 jirċievu l-warrant

Tmien nutara llum irċevew il-warrant, waqt li Kodiċi ta’ Etika tan-Nutara se jidħol fis-seħħ għada għall-ewwel darba fl-istorja.

Il-Ministru Bonnici feraħ lil dawk preżenti u awguralhom għall-karriera tagħhom filwaqt li enfasizza l-importanza u r-responsabbiltà li ġġib magħha din il-professjoni.

Il-Ministru ħabbar id-dħul fis-seħħ ta’ avviż legali dwar il-Kodiċi ta’ Etika tan-Nutara għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna, li kien propost u mfassal mill-Kunsill Nutarili.

Dan il-kodiċi jadotta approċċ ħolistiku u hu mifrux fuq ħames titoli principali li jelaboraw fuq il-Kondotta u Diliġenza; l-Indipendenza u l-Imparzjalità; ir-Relazzjonijiet Professjonali; il-Kompetizzjoni Illegali u s-Segretezza u l-Kunfidenzjalità Professjonali.

Il-Ministru Bonnici żied jirrimarka li, “hu importanti ferm li l-liġijiet li jirregolaw il-professjoni tan-nutara jaġġornaw ruħhom maż-żminijiet u mal-esiġenzi kontemporanji biex b’hekk ikun assigurat servizz ta’ kwalità għolja lil bosta individwi u lill-familji Maltin u Għawdxin li jirrikorru għand nutara f’ċirkostanzi distinti tal-ħajja”.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fis-swali tat-tfal fl-isptar Mater Dei, isiru wkoll lezzjonijiet maħsuba apposta għat-tfal li jkollhom bżonn kura fit-tul. B’koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-isptar u l-awtoritajiet edukattivi, ġew iddedikati riżorsi kemm ta’ għalliema kif…

Lokali

L-importanza tan-naħal għall-eko sistema u l-produzzjoni tal-ikel fid-dinja ġie rikonoxxut minn Nazzjonijiet Magħquda li ddikkjarat l-20 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji għan-Naħla. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta’…

Lokali

Il-maltemp ta’ dalgħodu ħarbat xi ftit il-festi fiż-Żurrieq iżda ma waqqafx l-entużjażmu taż-Żrieraq li jfakkru ż-żjara li l-Gran Mastru Hompesh kien għamel fosthom fl-1798. Ir-ragħad ikarwat u x-xita, li xi…

Aktar