Lokali
Għada jiġi deċiż kif se tinħatt iċ-ċumnija l-kbira ta’ Delimara

Għada l-Awtorità dwar ir-Riżorsi u l-Ambjent mistennija tieħu deċiżjoni dwar il-ħatt u d-dikummissjonar tal-impjant l-antik tal-powerstation ta’ Delimara, li kien jaħdem bil-Heavy Fuel Oil.

Il-proċess ta’ ħatt, li se jkunu qed isir f’fażijiet differenti, isegwi t-tifi taċ-ċumnija f’April li għadda, meta l-pajjiż waqaf juża l-HFO għall-ġenerazzjoni tad-dawl.

L-ewwel fażi se tinkludi l-iżmantellar taċ-ċumnija għolja 150 metru, li hija l-ogħla struttura li teżisti f’Malta.

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li f’dan il-proċess rigoruż l-Enemalta se tiżgura li l-istrutturi kollha jitneħħew bl-aktar mod li jħares is-saħħa kif ukoll is-sigurtà.