Kultura
Għada jitla’ s-siparju fuq il-ħames edizzjoni tal-festival tal-orgni

Nhar il-Ħamis jitla’ s-siparju fuq il-ħames edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-orgni bi programm li jżewwaq il-kant klassiku mal-interpretazzjonijiet tal-orgni f’diversi kuntesti.

Il-ħames edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-Orgni se jkompli jibni fuq it-tradizzjonijiet tas-snin ta’ qabel b’sensiela ta’ kunċerti f’uħud mit-teżori arkittetoniċi fil-gżejjer Maltin fosthom Kattidrali, knejjes u Bażiliki.

Il-programm tal-kunċerti din is-sena, għandu l-għan li jqanqal passjoni għal dan l-istrument filwaqt li jġedded in-nostalġija għal dawk li diġà japprezzaw il-muzika tal-orgni. Il-festival se jkun varat fil-ħmistax ta’ Novembru b’kunċert li jikkombina d-daqq tal-orgni, mal-kant klassiku li jkun akkumpanjat ukoll bl-orkestra fil-knisja ddedikata lil San Franġisk t’Assisi fil-Belt.

Seba’ kunċerti se jsiru fil-Belt Valletta, tlieta f’Għawdex u l-oħrajn fil-Gudja, Ħal Tarxien, Paceville, Ħal Safi, Ħal Għaxaq, Ħal Balzan, Balluta, l-Isla u fl-Imdina. Minbarra daqq tal-organi f’dawn il-kunċerti jindaqqu strumenti klassiċi oħra l-vjolin. B’kollox se jsiru 19 -il kunċert, masterclass u workshop għall-mużiċisti żgħażagħ.

Id-direttur artistiku Joseph Lia qal li l-l-festival ser iġib Malta wħud mill-aqwa mużicisti mid-dinja klassika u jilħaq il-qofol tiegħu bl-aħħar kunċert nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Diċembru fil-parroċċa ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, b’kunċert ta’ mużika barokka taħt id-direzzjoni tas-surmast u organista Taljan Stefano Molardi b’siltiet klassiċi tal-kompożituri Handel u Bach mal-baritonu Joseph Lia.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena ndarab gravi wara li laqtitu l-karozza malli niżel minnha. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ…

Aktar