LGBTIQ
Għada l-Iżvizzeri jivvutaw jekk iridux żwieġ bejn persuni gay

Referendum li se jsir għada fl-Iżvizzera se jiddeċiedi jekk fil-pajjiż jidħolx iż-żwieġ bejn koppji gay.

L-Iżvizzera hija waħda mill-ftit pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa fejn koppji tal-istess sess m’għandhomx dritt li jiżżewġu.

Il-pajjiż kien daħħal l-unjoni ċivili bejn il-koppji tal-istess sess fl-2007 u kull sena madwar 700 koppja tal-istess sess jidħlu f’unjonijiet ċivili.

Jekk jgħaddi r-referendum koppji gay se jkunu trattati l-istess bħal koppji li mhumiex inkluż fl-adozzjoni tat-tfal.

Dawk li jopponu ż-żwieġ bejn il-koppji tal-istess sess qed jgħidu li jekk jgħaddi r-referendum se tkun imminata l-familja.

L-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li 60% tat-8.5 miljun Żvizzeru huma favur iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.