Unjoni Ewropea
Għada mistenni jkunu magħrufa l-Kummissarji l-ġodda tal-KE

Għada l-President elett tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, mistennija tħabbar il-Kummissarji l-ġodda.

Dan ħabbritu von der Leyen fi Tweet, fejn qalet li kienet kuntenta li rċeviet l-ismijiet tan-nominati mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, u li qed taħdem biex tifforma kummissjoni bbilanċjata.

Sadanittant, dawn huma n-nominati kollha għall-Kummissjoni, fejn is-Soċjalisti u d-Demokratiċi spiċċaw b’maġġoranza ikbar mill-Partit Popolari Ewropew.

In-nominat ta’ Malta hija l-eks Ministru Helena Dalli.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, qal li se jibda jinvestiga l-isfida dejjem tikber tan-nuqqas ta’ għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni, li fi kliemu tinsab f’xifer ta’ kriżi. Waqt li kien…

Edukazzjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali. Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola…

Enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt wara l-attakki li seħħew fuq il-faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija, il-Gvern mhux qed jippjana li jgħolli l-kontijiet. Il-Prim Ministru qal dan…

Aktar