Kurżitajiet
Għada se jsir il-funeral ta’ Taljana li ġiet fgata 66 sena ilu

L-awtoritajiet Taljani taw il-permess biex isir il-funeral ta’ tfajla ta’ 13-il sena li nqatlet 66 sena ilu.

Lucia Mantione kienet rappurtata nieqsa fis-6 ta’ Jannar 1955 u nstabet mejta tlett ijiem wara.

Mill-awtopsja rriżulta li hija kienet fgata bil-Pulizija temmen li rreżistiet raġel li pprova jistupraha.

Il-kappillan ta’ Montedero, fejn kienet tgħix, irrifjuta li jsirilha funeral peress li dak iż-żmien ma kinux isiru għal min imut b’mod vjolenti.

L-awtorajiet ta’ Caltanissetta, ir-reġjun fi Sqalliaj li miegħu tagħmel Montedero, reġa’ fetaħ il-każ u l-fdalijiet tat-tfajla nqalgħu mill-qabar biex jerġgħu jsiru testijiet forensiċi.

Huma awtorizzaw ukoll il-funeral tagħha li se jsir fit-28 ta’ Lulju.