Infrastruttura
Għada se tingħalaq il-karreġġjata ta’ Vjal Sir Paul Boffa minn Kordin lejn il-Marsa

Infrastructure Malta qalet li għada mill-11am sas-6pm, il-karreġġjata ta’ Vjal Sir Paul Boffa minn Kordin lejn il-Marsa se tkun magħluqa, sabiex jittellgħu u jitqiegħdu f’posthom l-itwal travi tal-konkos tal-flyovers tal-Marsa Junction Project.

Fuq Facebook, Infrastructure Malta qalet li dawn it-travi se jaqsmu fuq korsiji li qed jintużaw bħalissa u għalhekk se jkollhom jingħalqu minħabba sigurtà.

Appellat lix-xuffiera biex isegwu t-tabelli mir-roundabout ta’ Kordin lejn it-triq li tgħaddi mill-inħawi ta’ Baċir Nru. 7, lejn iż-żona t’Albert Town, il-Marsa. Vjal Sir Paul Boffa direzzjoni Marsa ser tibqa’ miftuħa biss għall-karozzi Tallinja.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar