Lokali
Għadd ta’ affarijiet għall-bejgħ bl-offerta mid-Dwana

Id-Dwana qed tpoġġi kwantità kbira ta’ oġġetti għall-bejgħ bl-offerta. Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għall-bejgħ bl-offerta ta’ diversi affarijiet li nqabdu mid-Dipartiment. Dawn il-prodotti qed jinqasmu f’197 lott.

Fost l-affarijiet li se jkunu qed jiġu offruti għall-bejgħ hemm:

Cookers tal-Gass;
Strumenti mużikali;
Madum taċ-ċeramika;
Prodotti tas-sbuħija;
Għodda;
Spare parts;
Fajjenza;
Settijiet tat-te;
Costume jewellery;
Haberdashery;
Ġugarelli;
Projectors;
Għamara tal-injam;
Imwejjed u siġġijiet tal-bamboo;
Kwantita’ ta’ inbid;
Xampanja;
Sigarri;
Żraben; u
Basktijiet.

Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019, f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 9 ta’ Diċembru 2109 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2019, f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata)

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn is-1pm u l-4pm. Kull offerent għandu jippreżenta karta tal-identità jew passaport valida/u.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Aktar