Annimali
Għadd ta’ ħbieb fuq erba’ saqajn f’ ‘Sibtek’ illum

Minkejja ż-żminijiet straordinarji, ‘Sibtek’ illum jissokta bi programm ieħor mimli daqs bajda bil-għan li jżomm kumpanija mill-aqwa lill-pubbliku.

Illum, jispikkaw għadd ta’ ħbieb fuq erba’ saqajn, bis-sidien tagħhom jaqsmu mat-telespettaturi xi esperjenzi minn tagħhom kif ukoll l-imħabba tagħhom lejn l-annimali. Jitkellmu, il-koppja Nevisse u Pierre, il-familja tal-kelb Rocco, Sue Rossi u Frank Grima sidien il-kelb Martini, u Mariella Pace Asciak sidt il-kelba Barbie.

Illum ukoll, aktar stejjer u esperjenzi. Fost il-mistiedna, Emmy Bezzina, Xandru Grech, Natius Farrugia, Shasha, u Keith Demicoli. Jidhru wkoll għadd ta’ kantanti, fosthom Kylie Coleiro, Celine, Karl Schembri u Jasmine.

Intant, il-Vip house tal-lum hija ta’ Freddie Mercury. Liema residenza, ġiet iffilmjata mit-tim ta’ ‘Sibtek’, bil-filmati tagħha jintwerew illum.

‘Sibtek’, illum fis-12.45 fuq TVM.

Sibtek li jmiss mimli personalitajiet maltin 🇲🇹🇲🇹🇲🇹#stayhome #staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11#Nieħduħsiebxulxin

Gepostet von Sibtek am Sonntag, 17. Mai 2020