Televiżjoni u Radju
Għadd ta’ koppji f’ ‘Sibtek’ lejlet Jum San Valentinu

‘Sibtek’ tal-lum se jlaqqa’ lit-telespettaturi ma’ bosta koppji ta’ kull età. Liema maħbubin, fost l-oħrajn, se jirrakkuntaw fil-beraħ bosta kurżitajiet dwarhom u sitwazzjonijiet imbarazzanti li għaddew minnhom.

Uħud minnhom, se jitkellmu fuq kif sabu l-imħabba f’ħajjithom. Oħrajn, se jiżvelaw l-ewwel bewsa tagħhom kif ukoll kurżitajiet oħra ta’ din ix-xorta.

Fost il-koppji mistiedna llum, Adolf u Pauline, Benoit u Natalia, Oliver u Charlene, Sarah u Miriana, u Liliana u Tony Camilleri.

Bejn rakkont u ieħor, ma jonqsux l-isfidi, ħafna mużika kif ukoll bosta rebħ ta’ rigali.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.