Artiklu bi ħlas
Għadd ta’ miżuri oħra amministrati mill-Malta Enterprise b’rabta mal-Covid-19

Apparti l-għajnuna ewlenija tal-Covid Wage Supplement, il-Malta Enterprise qed toffri għadd ta’ miżuri oħra ta’ għajnuna bil-għan li tagħti daqqa t’id lin-negozji u lill-impjegati kawża taż-żmien partikolari li lkoll ninsabu fih.

Skema minnhom, maħsuba biex tkopri parti mill-ispejjeż li daħal għalihom min iħaddem biex l-impjegati tiegħu jkunu jistgħu jaħdmu mid-dar. F’dan l-isfond, kull kumpanija tista tingħata sa massimu ta’ €4,000 fuq xiri jew kiri ta’ apparat tal-informatika bħal laptops u sistemi oħra li jiffaċilitaw teleworking. Din tapplika għall-ispejjeż li saru mill-15 ta’ Frar ‘l hawn.

Min-naħa l-oħra, f’każ ta’ dawk li fuq ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienu fuq kwarantina mandatorja ta’ 14-il ġurnata, min iħaddem jista’ japplika għal somma ta’ darba li ma taqbiżx it-€350. Liema miżura, tgħodd biss għal dawk li jaħdmu fuq bażi full time, u li fil-perjodu ta’ kwarantina ħallsu l-paga sħiħa lill-impjegat. Din il-miżura m’għandhiex titħallat mal-miżura tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jiġifieri għal dawk li rċivew l-ittra biex joqogħdu f’iżolament minħabba l-età jew xi kundizzjoni medika.

Miżuri oħra relatati huma dawk dwar id-differiment tat-taxxa għan-negozji li wieħed jista’ jaċċessa permezz tas-sit tal-Malta Enterprise għalkemm immexxija mill-Kummissarju tat-Taxxa, u l-miżuri ta’ likwidità biex ikun hemm self mill-banek. Din tal-aħħar, għandhom jitħabbru aktar dettalji dwarha fil-jiem li ġejjin.

Jekk inti self-employed jew sid ta’ negozju u tixtieq tikseb aktar dettalji dwar l-għadd ta’ miżuri li qed toffri l-Malta Enterprise, tista’ żżur dan is-sit jew iċċempel 144.

Jekk għandek każ speċifiku li jista’ jiġi spjegat biss permezz ta’ email, tista’ tibgħat email fuq [email protected]

Għal aktar tagħrif dwar miżuri maħsuba għall-ġenituri, persuni li ġew ordnati li ma joħorġux mid-dar minħabba s-sitwazzjoni medika tagħhom, persuni bi bżonnijiet speċjali, jew għal min spiċċa mingħajr impjieg, tista’ żżur is-sit tas-Sigurtà Soċjali jew iċċempel 153.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Ħafifa, twasslek f’radda ta’ salib u ma tniġġisx. Xi trid aktar? Illum il-Jum Dinji tar-Roti. Liema mezz tat-trasport jaqdik f’kemm ili ngħidlek, għalkemm dak li jkun xorta waħda jrid joqgħod…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

COVID-19

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet. Waqt…

COVID-19

Fl-isfond tal-miżuri li qed jittieħdu fir-ristoranti mindu l-ħwienet tal-ikel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, fl-aħħar sigħat l-ITS ippubblika filmat bil-għan li l-istudenti tiegħu kif ukoll min bi ħsiebu jaħdem fil-qasam tal-ikel,…

Aktar