COVID-19
Għadd ta’ pajjiżi jbexxqu l-bieb għall-iskejjel tagħhom – f’Malta qed jitħejja pjan

Għalkemm il-virus Covid 19 għadu mhux megħlub għalkollox u l-vaċċin kontrih jista’ jieħu bosta xhur oħra sakemm jiġi żviluppat u tibda l-produzzjoni tiegħu, bosta pajjiżi reġgħu bdew ibexxqu l-bieb tas-sistema edukattiva u tal-iskejjel taghhom. F’Malta, l-Awtorità tas-Saħħa kkonfermaw li qed jitħejja pjan għal din l-eventwalità mal-awtoritajiet edukattivi.

B’reġim differenti minn dak ta’ xahrejn ilu, skejjel fi Spanja, Franza, l-Ġermanja, id-Danimarka u l-Awstralja reġgħu fetħu l-bibien għall-istudenti.

Il-maskri, id-distanza soċjali u t-teħid tat-temperaturi juma wħud mill-miżuri ta’ prekawzjoni li qegħdin jittieħdu fl-iskejjel.

Fir-reġjun Bask ta’ Spanja llum fetħu l-iskejjel għall-istudenti li ghandhom bejn il-15 u t-18 il-sena. Kap ta’ skola ta’ sekondarja Aitor Ariondi insista li m’hemmx aħjar mit-tagħlim fil-klassi. “It-tagħlim fil-klassi ma jistax jeħodlu postu, it-tagħlim fuq l-internet.”

F’Sydney l-Awstralja, il-ħajja skolastika reġgħet bdiet ukoll ħhall-istudenti wara xahrejn id-dar.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, António Guterres appella lil Gvernijiet biex jagħtu prijorità lill-edukazzjoni u wissa’ li kull ġurnata ta’ skola li tintilef tħalli konsegwenzi fuq it-tfal.

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar li bħala parti mit-tieni fazi tal-illixkar tal-miżuri tal-lockdown, minn nhar it-Tnejn, ser jiftħu l-iskejjel primarji u f’nofs ix-xahar id-dieħel jiftħu l-iskejjel sekondarji.

F’Malta, is-sena skolastika mhix ser tibda qabel Settembru li ġej iżda l-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ indika li meta jiġu mnaqsa aktar restrizzjonijiet ser tkun tista’ tibda skola sjaf u jiftħu ċ-Childcare centres.

Mistoqsija minn Television Malta, is-Supredendent tas-Saħħa Pubblika,i l-Professur Charmaine Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa għadejjin b’taħdidiet mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar il-miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu.

“Aħna għaddejin b’ħidma fuq mezzi ta’ mitigazzjoni, li huma bbażati fuq il-prinċipji ta’ iġene, li taf kif jigi trazmess dan il-virus u li ma jkollokx kuntatt għal ħin twil u ħafna persuni ma’ xulxin.”

Il-proċess tar-ritorn lejn il-klassijiet jidher li jista’ jkun iktar polemikuż milli kienet id-deċiżjoni f’Marzu li għadda meta ngħalqu l-iskejjel.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar