COVID-19
Għadd ta’ pajjiżi jingħaqdu biex jinġabru flus ħalli tinstab il-kura għall-COVID-19

Numru ta’ pajjiżi għada se jingħaqdu flimkien f’summit dinji ospitat mir-Renju Unit li għandu l-għan li joħloq alleanza ta’ għajnuna finanzjarja, studju u riċerka biex tinstab kura jew vaċċin għall-Coronavirus madwar id-dinja. Bit-tema #VaccinesWork, ir-Renju Unit qed jimmira li l-Global Vaccine Summit iwassal biex jinġabru mill-inqas 7.4 biljun dollaru favur GAVI, li hi organizzazzjoni internazzjonali li ilha sa mill-2000 taħdem biex ittejjeb l-aċċess ta’ vaċċini lit-tfal f’pajjiżi foqra.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Għolja Ingliża qalet li r-riżorsi addizzjonali mis-summit ta’ għada se jintużaw biex ikunu protetti l-ġenerazzjonijiet futuri permezz ta’ vaċċin, titnaqqas l-inugwaljanza li teżisti fil-ġlieda kontra l-mard u l idan iwassal dinja iktar sigurà u b’saħħitha. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Gavi, Seth Barkley ddikjara li l-benefiċċju ta’ kull dollaru li jiġi investit f’vaċċin ilaħħaq il-$50. Dan għandu jwassal biex jiġi evitat li l-ifqar pajjiżi jintlaqtu mill-Coronavirus. B’hekk ikunu salvati miljuni ta’ ħajjiet kif ukoll jitnaqqas ir-riskju li l-virus jerġa’ jaħkem lil dawn il-pajjizi fil-futur.

Din l-inizjattiva hi waħda minn sensiela li ħa l-gvern Ingliż fil-ħidma biex jinstab vaċċin għall-coronavirus. Fil-fatt il-Gvern Ingliż diġà kkommetta ruħu bħala wieħed mill-ikbar sostenituri fi sforz globali fil-ġlieda kontra l-pandemija, fost l-oħrajn billi alloka £250 miljun għal riċerka internazzjonali.

Ġew allokati wkoll £313 miljun għall-iżvilupp ta’ vaċċin, trattament u ttestjar kif ukoll £1.65 biljun li se jingħataw lill-Alleanza tal-Gavi bħala appoġġ għal programm ta’ tilqim madwar id-dinja, b’mod speċjali fost dawk li finanzjarjament ma jistgħux ilaħħqu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar