Edukazzjoni
Għadd ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni offruti mill-ITS – meta u fejn għandek tmur

Fl-isfond tas-sena akkademika li ġejja fil-jiem li ġejjin l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS se jkun qed joffri għadd ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni bil-għan li dak li jkun isir aktar midħla ta’ x’korsijiet jista’ jidħol għalihom minn Settembru li ġej.

Liema sessjonijiet, se jsiru kemm bejn l-erba’ ħitan tal-kampus kif ukoll onlajn. B’min se jsegwi s-sessjonijiet bl-internet, jista’ jagħmel il-mistoqsijiet li jixtieq.

Is-sessjonijiet jibdew minn nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju, bl-aħħar sessjoni tkun ġimgħa wara fis-27 ta’ Lulju fil-kampus t’Għawdex fil-Qala. Is-sessjonijiet se jkunu maqsumin b’dan il-mod:

It-Tnejn 20 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus ta’ Ħal Luqa għall-Foundation programme.

It-Tlieta 21 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus ta’ Ħal Luqa għas-Certificate programmes li jinkludu l-preparazzjoni tal-ikel u s-servizzi, l-avvenimenti, id-diviżjoni tal-kmamar, l-ivvjaġġar u t-turiżmu.

L-Erbgħa 22 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus ta’ Ħal Luqa għad-Diploma programmes li jinkludu l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-ivvjaġġar favur il-klima, l-avvenimenti, id-diviżjoni tal-kmamar, il-preparazzjoni tal-ikel u l-produzzjoni, u s-servizzi tal-ikel u x-xorb.

L-Erbgħa 22 ta’ Lulju fis-6pm fil-kampus ta’ Ħal Luqa għall-MBA fl-immaniġġjar internazzjonali tal-ospitalità.

Il-Ħamis 23 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus ta’ Ħal Luqa għall-Higher National Diploma programmes li jinkludu l-immaniġġjar tal-avvenimenti, l-immaniġġjar tal-ivvjaġġar u t-turiżmu, id-diviżjoni tal-kmamar, l-immaniġġjar tal-ikel u x-xorb, u l-preprazzjoni tal-ikel u l-immaniġġjar tal-produzzjoni.

Il-Ħamis 23 ta’ Lulju fis-6pm fil-kampus ta’ Ħal Luqa għall-MA fl-interpretazzjoni tal-patrimonju u l-Higher National Diploma għall-gwidi tat-turisti part time.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus ta’ Ħal Luqa għad-Degree programmes, il-Higher National Diploma għall-gwidi tat-turisti full time, u l-Baċellerat fl-immaniġġjar internazzjonali tal-ospitalità, fl-arti kulinarja u fl-immaniġġjar tas-sigurtà tal-għadis.

It-Tnejn 27 ta’ Lulju fid-9.30am fil-kampus tal-Qala, Għawdex mistennija ssir sessjoni ġenerika fuq il-programmi kollha.