Lokali
Għadd ta’ turisti jistennew barra l-Kastell Windsor fejn iżżewġu l-Prinċep Harry u Meghan Markle

L-għada tat-tieġ bejn il-Prinċep Harry u l-attriċi Amerikana Meghan Markle, għadd kbir ta’ turisti kienu kurjużi biex jaraw mill-qrib il-Kastell Windsor fejn saret iċ-ċerimonja taż-żwieġ. Sadanittant, l-ammiraturi tal-familja rjali ma fadlilhomx wisq jistennew biex jaraw lid-Duka u d-Dukessa ta’ Susses fl-impenn uffiċjali tagħhom.

L-għada tat-tieġ irjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan, li fir-Renju Unit biss segwewh tmintax-il miljun persuna, għadd kbir ta’ Ingliżi u turisti kjuwjaw barra l-Kastell Windsor. Ħafna minnhom xtaqu jidħlu fil-kappella medjevali ta’ San Ġorġ fejn il-koppja rjali qalet is-Signor Si.

“I am excited to see inside the castle. Yesterday I came to watch the procession and it was beautiful. So this is my first time here and I am really excited.”

“Yes, yesterday I was watching the live. I was in London so I could not visit the Windsor Castle yesterday but still the wedding saga is going on I feel. I see everywhere the photos, the crowns and all. I am very happy to be here.”

“Well, I’m hoping to go into the chapel and see all the flowers from yesterday, all the lovely floral engagements and a bit of history. We’re queuing for half an hour so it must be worth it.”

Ammiraturi tal-familja Rjali dalgħodu bakru kmieni biex jilħqu jixtru xi gazzetta jew tnejn biex iżommuhom rikordju tat-tieġ irjali.

Hu rrappurtat li t-tieġ irjali sewa mas-€36 miljun u 94% minnhom għas-sigurtà tal-mistiedna u l-eluf li nġabru fl-inħawi tal-Kastell Windsor.Il-familja rjali qalet li se tagħmel tajjeb għat-tieġ, li jinkludi fost oħrajn il-mużika, il-fjuri, id-dekorazzjoni u r-riċeviment wara, iżda parti kbira mill-ispiża tas-sigurtà mistennija tintrefa mill-Ingliżi.

Sadanittant, l-ewwel impenn uffiċjali għad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex, se jkun nhar it-Tlieta fil-ġonna tal-Palazz Buckingham għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-sebgħin sena tal-Prinċep Charles.

Il-koppja mhumiex mistennija li jmorru għal qamar il-għasel għalissa. Fost l-aktar pajjiżi li qed jisemmew għal qamar l-għasel tagħhom hemm il-Botswana.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 32 sena kien ikkundannat sentenza sospiża wara li nstab ħati li kien qed jisraq id-dawl minn substation tal-kumpanija GO f’Wied Rini, il-Baħrija. Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Edward Dominic…

Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Aktar