Solidarjetà
Għadd ta’ voluntiera joffru 10,000 siegħa minn ħinhom biex jgħinu lis-servizzi tas-saħħa

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa minn ħinhom, biex jgħinu lis-servizzi tas-saħħa f’dan il-perjodu straordinarju tal-imxija tal-Covid-19.

Il-Malta Health Network flimkien ma’ VolServ ingħaqdu flimkien biex jgħinu lit-taqsima tas-saħħa pubblika f’dan il-perjodu tant delikat.

Ix-xogħol li wettqu l-voluntiera kienu varji minn contact tracing sa ġbir ta’ data u għajnuna lill-anzjani fost oħrajn.

Ħarġet ukoll sejħa ġdida għal min jixtieq joffri daqqa t’id. Jekk inti interessat tista’ tapplika fuq https://www.volgistics.com/ex/portal.dll/ap?AP=1546641216&OR=1

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Aktar