Kultura
Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art tal-irħam u s-swali li ser jiġu dekorati mill-ġdid.

Il-kamra tal-Arazzi fejn għal bosta snin kien jiltaqa’ l-Parlament qed isservi ta’ laboratorju għax-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-suffett fil-kurituri tal-Palazz tal-Gran Mastru.

Ir-restawratriċi Francesca Muscat, qalet li bħalissa qed jitnaddaf is-suffett – xogħol Niccolo’ Nasoni b’arti li tirrappreżenta l-illużjoni.

Francesca Muscat qalet “inneħħu dak li kulħadd għamel fuqu taħt l-isem ta’ restawr, li sa dak iż-żmien kien tajjeb, iżda llum peress li għandna metodi u materjali aħjar qed inneħħu dak kollu li kienu għamlu biex nagħmluh aħjar u nippreżentaw lura l-Palazz bis-suffett li kellu oriġinarjament.”

Hija qalet li l-akbar interventi ser isiru fl-uffiċini li qed jintużaw mill-Avukat Ġenerali li wara li jiġu vakati ser jinbidlu f’ċentru ta’ informazzjoni għall-viżitaturi.

Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici and Parliamentary Secretary for European Funds and Social Dialogue Aaron Farrugia visit restoration and regeneration works at the Grandmaster’s Palace

Il-proġett, li huwa mmexxi mid-Direttorat tar-Restawr u Heritage Malta, qed isir b’investiment ta’ 10 miljun ewro b’konfinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Waqt żjara fil-Palazz, il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li l-proġett għandu l-għan li jġib l-prestiġju ta’ din il-binja storika biex din toffri esperjenza eċċezzjonali lill-eluf ta’ viżitaturi li kull sena izuru dan il-palazz. Il-Ministru Bonnici qal li hemm żoni fil-Palazz li ser isiru aċċessibbli għall-pubbliku għall-ewwel darba.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li s-suċċess ekonomiku li kiseb il-pajjiż qed jippermetti biex aspetti kulturali jingħataw iżjed prijorita’. Qal li Fondi Ewropej qed jgħinu biex tissaħaħ il-komunità u l-identità ta’ pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar