Trasport
Għaddej ix-xogħol fuq il-moll tal-Marfa – baħħara avżati biex ma jitrakkawx

Transport Malta qed tavża lill-baħħara biex ma jidħlux mal-moll ħdejn il-Breakwater tal-Marfa fir-Ramla tal-Bir fil-Fliegu ta’ Kemmuna (in-naħa ta’ Malta).

Dan l-abbiż inħareġ minħabba xogħlijiet ta’ restawr fuq dan il-moll li għaddejjin minn Infratructure Malta.

Transport Malta qalet li x-xogħlijiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar ta’ Ġunju 2021 u sa dakinhar, l-ebda bastiment ma jista’ jidħol f’din iż-żona.

Il-pjan oriġinali inkluda r-restawr tal-moll iż-żgħir li jinsab tul il-breakwater eżistenti. Dan il-moll kien qed jilqa’ lill-operaturi tal-bastimenti waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Breakwater tal-Marfa.

Ix-xogħlijiet ta’ restawr issa ser ikomplu kemm fuq il-Breakwater tal-Marfa kif ukoll fuq l-irmiġġ ta’ ħdejh.