Ambjent
Għaddej ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira

Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg, li qal li Projects Plus Limited qed tħejji proġett pilota, bħala parti mill-istudji mitluba mill-ERA dwar dan il-proġett. Spjega li la darba jitlestew dawn l-istudji, se jkun qed jitfassal il-kumplament tal-proġett li permezz tiegħu se jkun qed jiżdied ir-ramel, bil-għan li l-bajja terġa’ tiegħu l-istat oriġinali tagħha.

Il-Ministru Ian Borg kien qed iwieġeb għal domanda parlamentari tad-Deputat Robert Cutajar.