Teknoloġija
Għaddej ix-xogħol fuq mappa 3D ta’ Malta

L-Awtorità tal-Ippjanar, b’kollaborazzjoni ma’ 40 entità oħra, qed jaħsdu l-frott tal-ħidma li saret fl-aħħar 25 sena biex tinġabar id-data u ssir mappa aġġornata ta’ Malta fil-forma 3D, li ser tkun aċċessibbli għall-entitajiet kollha. Il-proġett, magħruf bħala SIntegraM, qed isir b’kofinanzjament Ewropew b’investiment ta’ seba’ miljun ewro.

Il-proġett SIntegraM, immexxi minn Ashley Hili taħt id-direzzjoni tal-Professur Saviour Formosa, se jaġġorna l-mappa li saret fl-1988. Il-Professur Formosa qal li għall-ewwel darba ser ikollna mappa aġġornata b’tagħrif dettaljat miġbur bl-użu ta’ teknoloġija avvanzata.

“Xtrajna d-droni tal-arja, bil-laser scanners ħalli ma noqogħdux niddependu fuq il-barranin kull darba li jkollna bżonn xi informazzjoni, allura kontinwament qed niġbru – għandna vann speċjalizzat bi scanners fuqu li aħna u mexjin niġbru l-infromazzjoni – ovvjament kollox fil-parametri tad-tal-GDPR.”

Il-Professur Formosa qal li t-tagħrif ser ikun jista’ jintuża f’diversi sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu. “Il-pulizija, is-CPD, jistgħu jmorru fl-ewwel post mingħajr xkiel ta’ x’kien hemm mitt metru ‘l bogħod, x’kien hemm ħamsin metru ‘l bogħod – jiġifieri jkollhom aċċess mid-data tas-satelliti, aċċessi minn data minn drones, minn scanners mill-art u jaraw id-data li tkun diġa’ nġabret u ġiet integrata.”

Il-Professur Formosa nnota li dil-mappa tista’ tintuża wkoll għal riċerka u proġettazzjoni ta’ xenarji differenti.

er eżempju rrid nagħmel riċerka fuq kemm ser jintlaqtu nies jekk tiġi mewġa għolja ħames metri waqt maltempata enormi u tgħodd fuqha s-sea level rise – dik l-informazzjoni kulħadd joqgħod jiġborha għalih – allura l-iskop kien, għalhekk bdejna fin-95 , ejja naraw x’informazzjoni teżisti, noħorġu strateġija fejn sejrin b’din l-informazzjoni.”

Il-Professur Formosa qal li l-ġbir tad-data huwa marbuta b’direttiva Ewropea biex tintuża għall-benefiċċju tas-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku.

SIntergraM, li sar b’investiment ta’ 7 miljun ewro, huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-ġest li għamel l-MCAST mal-istudenti tiegħu f’Jum San Valentinu ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd u xi wħud saħansitra urtaw ruħhom. Matthew Grech, ex persuna gay li kkonverta, qal li dak…

Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Aktar