Propjetà
Lest l-iskavar fi 13-il sit biex jinbnew postijiet tal-housing

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li miexi x-xogħol fuq appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali. Huwa qal li l-Gvern qed jibni 1,700 appartament ġdid.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri li tħabbru fil-budget ta’ din is-sena, is-Sur Galdes qal li lest l-iskavar fuq 13-il sit, li f’diversi postijiet minnhom ix-xogħol jinsab fi stadju avvanzat.

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-mira ewlenija tal-Gvern hi li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu. Semma’ li qed jiġu mgħejjuna mitt familja permezz tal-iskema sabiex dawk isiru sidien ta’ djarhom.

Dwar il-benefiċċju tal-kera, is-Sur Galdes qal li dan qed jiġi kkalkulat skont l-ispejjeż li persuna tagħmel, sabiex ma taqax fil faqar. Qal li minn massimu ta’ €166 fix-xahar, dan tela’ għal €440 fix xahar. Minn din l-iskema qed jibbenefikaw mal-1,200 familja.

Dwar ir-riforma tal-kera li bħalissa tinsab għad-diskussjoni fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentari Galdes qal li din mhiex biss se twassal suq iktar b’saħħtu, imma li ħadd ma jaqa lura.

Ritratt (fuq nett): Impressjoni artistika tal-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, fi Triq il-Munġbell, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid…

Kronaka

Il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, u żewġt irġiel. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-argument seħħ fi…

Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Aktar