Barranin
Għaddiet minn żmien ikrah iżda issa kuntenta – missierha inkwetat għaliha

Svante Thunberg, missier l-attivistà Żvediża Greta Thunberg qal li inkwetat għal bintu l-għaliex qed taqla’ ħafna kritika u mibgħeda onlajn.

Ir-raġel, f’intervista ma’ BBC, tkellem dwar bintu li ħadet ir-ruħ mindu bdiet tipprotesta kontra t-tibdil fil-klima madwar id-dinja. Thunberg qal li Greta għaddiet minn dipressjoni qawwija li ħakmitha għal tul ta’ snin fejn saħansitra kienet qed tirrifjuta li tiekol u titkellem tant kienet tkiddha n-nuqqas ta’ għarfien u azzjoni għat-tibdil fil-klima.

It-tfajla, li llum għandha 16-il sena, irnexxielha toħloq moviment dinji fejn tfal u adulti joħorġu fit-toroq jipprotestaw kontra l-konsumeriżmu sfrenat li qed jeqred l-ambjent ta’ madwarna.

Il-missier irrakkonta kif it-tifla kienet għajret lilu u lil martu ipokriti l-għaliex kienu attivisti għad-drittijiet tal-bniedem iżda qatt ma taw każ il-kwistjoni dwar it-tibdil fil-klima li tant qed toħloq problemi globalment.

Svante Thunberg qal li t-tifla qawwiet qalbha meta rat li l-ġenituri tagħha għamlu bidliet fil-ħajja personali tagħhom hekk kif hu qata’ l-konsum tal-laħam u prodotti li ġejjin mill-annimali filwaqt li martu tirrifjuta tivvjaġġa bl-ajru.

Thunberg qal li bintu bħal donnha twieldet mill-ġdid hekk kif rat lil ħafna persuni minn madwar id-dinja jemmnu fiha u fil-moviment li ħolqot iżda jibqa’ l-fatt li qed taqla’ kritika ħarxa minn min jibqa’ jirrifjuta li jbiddel l-istil ta’ ħajja li jgħix.

Svante Thunberg qal li bintu mhux qed taqa’ fin-nasba tal-mibgħeda onlajn u mhux tagħti każ il-kritika ta’ bosta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar