Barranin
Għadhom iseħħu l-mirakli?

Il-Knisja rrikonoxxiet is-70 miraklu li seħħ f’Lourdes.  Dan hekk kif is-soru Franċiża ta’ 69 sena, Bernadette Moriau, fieqet minn forma gravi ta’ invalidità.  B’hekk f’160 seħħ is-70 miraklu li huwa rikonoxxut mill-Knisja ta’ Lourdes.  L-aħħar wieħed imur lura għall-2013.

Is-soru fieqet fl-2008 wara pellegrinaġġ fis-santwarju ta’ Lourdes u l-każ tagħha qed jitqies bħala miraklu mill-Isqof ta’ Beauvais, fit-tramuntana ta’ Franza.

Is-soru Franċiża, li twieldet fit-tramuntana ta’ Franza fl-1939, bdiet tħoss xi uġiegħ fl-1966 meta kellha 27 sena.  Minkejja 4 interventi kirurġiċi, qatt ma setgħet tagħmel xogħolha ta’ infermiera għax ma kinitx tista’ timxi sew.  Sakemm f’Lulju tal-2008 marret Lourdes u rċeviet il-griżma tal-morda.

Meta rritornat id-dar, is-soru ħasset sensazzjoni ta’ rilassament u ċertu sħana f’ġisimha kollu, filwaqt li bħal donnu semgħet vuċi li kienet qed tgħidilha biex ma tibqa tuża xejn biex iktar biex timxi, lanqas mediċina.  Suor Bernadette waqqfet il-kura kollha li kienet qed tieħu dakinhar stess.

Skont id-djoċesi Franċiża li rrikonoxxiet il-miraklu, f’komunikat qalet li s-soru bdiet tfieq minnufih, b’Monsinjur Jacques Benoit-Gonnin jiddikjara li l-fejqan tas-soru kien sinjal divin li seħħ bl-interċessjoni tal-Verġni Maria.  Testijiet mediċi, investigazzjonijiet u laqgħat kolleġġjali li saru f’Lourdes wasslu biex irrikonoxxew il-mod inspjegabbli kif fieqet is-soru.

Skont il-fidi Kattolika, f’Lourdes, il-Verġni Maria dehret fl-1858 lir-rgħajja Bernadette Soubirous.  Il-post inbidel f’sit mirakoluż u ta’ qima b’pellegrinaġġi kontinwi matul is-sena.  Huwa stmat li l-viżitaturi f’Lourdes jammontaw għal 4 miljuni fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin

Il-Pulizija tal-Indja qalet li qabdet mara li kienet qed iġġorr xejn inqas minn 106 kapsuli bil-kokaina fl-istonku. Il-mara, li hija barranija, inqabdet bid-droga fl-ajruport ta’ Delhi. Intqal li l-mara ta’…

Barranin

F’Chieti, fl-Italja, raġel allegatament waddab lil martu mill-gallarija ta’ darhom u ftit tal-ħin wara gara lil bintu minn pont tal-awtostrada A14. It-traġedja seħħet ilbierah fejn, Fausto Filippone, għal raġunijiet mhux…

Barranin

Fil-Venezwela, il-President Nicolas Maduro ġie ri-elett bħala President għas-sitt snin li ġejjin fl-elezzjoni karatterizzata minn boycott mill-oppożizzjoni u allegazzjonijiet ta’ irregolaritajiet. F’pajjiż milqut minn kriżi ekonomika serja li qed tirriżulta…

Aktar