
Għadu fil-periklu tal-mewt iż-żagħżugħ mill-Mellieħa li lbieraħ waqa’ minn ċint ħdejn il-Junior college, b’xhieda jsostnu li ġie mbuttat.
Iż-żagħżugħ kien qiegħed jiċċelebra l-gradwazzjoni tiegħu bħala Infermier b’festin fuq xarabank. Waqt din ir-rotta ta’ ċelebrazzjoni iż-żgħażagħ waqfu l-Junior College, fejn seħħ l-inċident.
Sadanittant, xhieda fuq il-post li tkellmu ma’ TVM qalu li seħħ argument bejn iż-żagħżugħ u student tal-Junior College. L-istess xhieda qalu li ż-żagħżugħ qala’ daqqa ta’ ponn u ġie mbuttat, fejn waqa’ u ħabat rasu mal-bankina.
Kelliem għall-pulizija qal lil TVM li l-pulizija kellmet numru ta’ persuni b’rabta mal-każ.
Ritratt: Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ mill-infermiera gradwati fl-Università ta’ Malta – Facebook.
Ara wkoll: