Lokali
Għaffeġ il-plastik u irbaħ il-flus

Sa issa madwar 32% biss tal-plastik li jintuża f’Malta qed jiġi rkuprat biex jiġi riċklat. Waqt tnedija ta’ kampanija msejħa ‘Għaffeġ u Irbaħ’ mill-kumpanija Greenpak, il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera qal li minkejja d-diversi sforzi, is-separazzjoni tal-iskart għadha ma daħlitx fil-kultura tal-poplu. Huwa qal li 12%  biss tal-iskart iġġenerat qed jiġi riċiklat. Dan ifisser kważi 50% inqas tal-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea li jridu jintlaħqu sal-2020.

Il-Ministru Herrera qal li għalhekk il-Gvern se jkollu jinforza l-obbligu tas-separazzjoni tal-iskart.

“Fejn qabel kienet volontarja, issa se jkun hemm liġi, liġi pjuttost iebsa fejn ir-riċiklaġġ se jiġi infurzat, kemm għal dak domestiku kif ukoll dak kummerċjali. Se ndaħħluha għal-lukandi, ristoranti, eċċ. Jiġifieri se jkun hemm liġi li tobbliga lil dak li jkun jirriċikla. Jekk le, jeħel il-penali u l-multi li għandu jeħel” qal Josè Herrera.

Intant f’inizjattiva mill-privat il-kumpanija Greenpak waħda miż-żewġ kumpaniji awtorizzati għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjal ħabbret li ser tibda trebbaħ sa €100 kuljum lil min jiddisponi mill-kontenituri tal-plastik kif suppost.

Il-Kap Eżekuttiv tal-GreenPak, Mario Schembri qal li din l-inizjattiva hija maħsuba wkoll biex tnaqqas ir-rimi tal-fliexken tal-plastik bl-addoċċ fil-kampanja, fil-baħar u kullimkien.

L-Inġinier Mario Schembri qal li “nitolbu lin-nies biex il-fliexken tal-plastik jgħaffġuhom, ikunu ta’ xiex ikunu, jiktbu t-telephone number fuqu u jarmuh fil-Bring in Site il-blu. Il-Bring in Site se jkollhom l-isticker Crush and Win, allura jistgħu jgħarrfuha, u minn hemmhekk nagħżlu flixkun mgħaffeġ u nrebħuh €100.” Żied jgħid li din il-kampanja ser tibqa’ ghaddejja sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

164 pajjiż fosthom Malta iffirmaw dak li qed jissejjaħ Patt Globali dwar l-Immigrazzjoni Ordnata u Regolari. Waqt ċerimonja f’Marrakech fil-Marokk, intqal li dan il-patt se jwassal għall-immaniġġjar aħjar tal-migrazzjoni f’tentattiv…

Lokali

L-iskart organiku li beda jinġabar fl-aħħar xahar u nofs diġà qed jiġġenera l-enerġija daqskemm tintuża minn aktar minn 6,000 familja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv David Borg qal lil TVM li l-iskema…

Lokali

L-Awditur Ġenerali innota li t-tisħiħ fil-liġi tal-volontarjat li saru din is-sena għandhom isaħħu jdejn il-Kummissarju tal-Volontarjat fil-funzjoni regolatorja u l-governanza fis-settur tal-volontarjat. F’rapport li ppreżenta lill-Parlament, l-Awditur Generali Charles Deguara…

Lokali

Għalkemm qed ngħixu f’dinja li saret raħal u miżgħud b’mezzi teknoloġiċi, qed tikber il-pjaga tas-solitudni u magħha l-esklużjoni soċjali. Il-problema tinħass fil-faxex kollha tas-soċjetà, mit-tfal sal-anzjani u taf tiggrava fiż-żminijiet…

Aktar