Politika
AĠĠORNAT: Għagħa quddiem il-Parlament, ħsarat fil-karozza tal-Ministru Bonnici

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi u meta m’għamilx hekk fi kliemhom ħoloq stat ta’ impunità.

Il-protesta bdiet ħdejn Kastilja bid-dimostranti jwaħħlu mal-bieb prinċipali ta’ Kastilja banner bil-messaġġ “Le għall-Korruzzjoni”.

Quddiem il-Parlament id-dimostranti indirizzaw lill-membri parlamentari tal-gvern bi kliem kontra l-korruzzjoni u biex jirriżenjaw.  Mumenti ta’ kommossjoni x’ħin ħareġ il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, bid-dimostranti daru madwar il-karozza tiegħu biex ma titlaqx, fost tisbit mal-karozza.

Fil-kommossjoni u r-rassa, Spettur tal-Pulizija li kienet ma’ uffiċjali oħra jippruvaw iżommu lid-dimostranti ‘l bogħod mill-karozza, spiċċat weġġgħet saqajha meta l-karozza għaddiet minn fuq saqajha.

Wara ammont ta’ ħin f’din is-sitwazzjoni, id-deputat Simon Busuttil talab lin-nies jagħmlu spazju biex il-karozza tal-Ministru Bonnici tkun tista’ titlaq.  Il-karozza nstaqet lejn Kastilja b’uħud mid-dimostranti baqgħu jiġru warajha.

Id-dimostranti marru wkoll quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-Qorti fejn kantaw l-innu Malti u poġġew xemgħat, fjuri u l-kartelluni li kienu qed iġorru waqt il-protesta aktar qabel b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ara wkoll:

Protesta quddiem Kastilja għar-riżenja tal-PM, Konrad Mizzi u Keith Schembri

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar