Għawdex
Għajnuna finanzjarja lil għaqdiet Għawdxin biex itejbu postijiet li fihom jospitaw konferenzi

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda skema li toffri għajnuna finanzjarja lil NGOs u lil entitajiet privati f’Għawdex sabiex itejbu l-faċilitajiet li għandhom, kemm mil-lat ta’ restawr tas-sit kif ukoll sabiex jagħmlu titjib fis-sistemi awdjo-viżivi li joffru. Dan sabiex ikunu jistgħu jospitaw laqgħat, konferenzi u esibizzjonijiet.

Il-Ministru Camilleri qal li fil-baġit għas-sena 2020 “għidna li rridu nsaħħu l-kapaċitajiet t’Għawdex sabiex jospita turiżmu kategorizzat bħala Business Travel.” Spjega li din l-iskema tilħaq żewg skopijiet.

  • L-ewwel wieħed li tiġi xprunata niċċa oħra tat-turiżmu f’Għawdex, liema niċċa hija aktar relatata ma’ turiżmu meqjus bħala ta’ kwalità.
  • It-tieni li tingħata għajnuna u jiġu inċentivati operaturi eliġibbli sabiex itejbu l-prodott tagħhom. Sabiex dan isir, qed ikunu inċentivati proġetti li joffru seating-capacity ta’ mhux inqas minn 150 persuna.

Ġie spjegat li peress li ċerti proġetti jistgħu jkunu aktar estensivi minn oħrajn, il-benefiċjarju jista’ japplika bi proġett maqsum f’fażijiet. Il-proġetti għandu jkollhom l-faċilitajiet adattati sabiex ikunu aċċessibbli għal kulħadd. L-għajnuniet finanzjarji offruti huma varji u eliġibbli skont il-progress tal-proġett:

NGO tista’ tibbenefika minn massimu ta’ €50,000 għas-sena 2020, fejn il-Ministeru jkun qed ikopri 50% tal-ispejjeż relatati max-xogħlijiet. Eliġibbli huma proġetti li diġà bdew kif ukoll dawk li huma fi stadju t’applikazzjoni mal-Planning Authority fejn u jekk ikun hemm il-ħtieġa. Mhumiex eliġibbli proġetti mitmuma.

Entità privata tista’ tibbenefika minn massimu ta’ €25,000 għas-sena 2020, fejn il-Ministeru ikun qed ikopri 50% tal-ispejjeż relatati max-xogħlijiet. Eliġibbli huma proġetti li diġà bdew kif ukoll dawk li huma fi stadju t’applikazzjoni mal-Planning Authority fejn u jekk ikun hemm il-ħtieġa. Mhumiex eliġibbli proġetti mitmuma.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar