Agrikultura
Għajnuna finanzjarja lill-bdiewa u raħħala li sofrew id-danni fil-Grigalata qalila

Il-bdiewa u raħħala li soffrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar li għadda se jingħataw għajnuna finanzjarja.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li dawk il-bdiewa u r-raħħala li rreġistraw mad-Dipartiment tal-Agrikoltura se jingħataw l-għajnuna relatata fil-ġranet li ġejjin.

Il-Gvern qal li huwa kommess li tinstab soluzzjoni ukoll għal danni li soffrew anke fuq prodotti agrikoli maħduma u għaldaqstant ser ikun qiegħed jikkunsidra għajnuna fuq il-prodott maħdum.

Fi Frar, il-Gvern applika formalment għall-fondi Ewropej biex jissewwew ħsarat mifruxa mal-pajjiż. Wara eżerċizzju li sar fejn inġabru l-ħsarat kollha, l-ammont laħaq il-€25 miljun.

Sabiex pajjiż ikun eliġibbli biex jibbenifika mill-Fond Ewropew għas-Solidarjetà (EUSF), il-ħsarat iridu jilħqu mal-€62 miljun, ċifra li tirrifletti kundizzjoni essenzjali tal-istess fond marbuta ma’ 0.6% tal-Qliegħ Nazzjonali Gross jew 1.5% tal-prodott gross domestiku. Fuq din l-informazzjoni, Malta mhix eliġibbli biex taċċessa dan il-fond.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar