Kunsilli Lokali
Għajnuna finanzjarja lill-Kunsilli Lokali għal inizjattivi li jippromwovu l-attività fiżika

Erbgħin Kunsill Lokali bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex mix-xahar id-dieħel sal-aħħar tas-sena jorganizzaw inizjattivi li jinvolvu attività fiżika fil-lokalitajiet tagħhom.

Bejniethom, il-Kunsilli Lokali ngħataw qrib il-mitt elf Ewro, li bihom se jorganizzaw attivitajiet fiżiċi li jvarjaw minn klassijiet ta’ keep fit, żfin u zumba, kif ukoll lezzjonijiet fl-arti marzjali u installazzjoni ta’ outdoor gym.

F’ċerimonja fi Ġnien is-Serenità, f’Santa Luċija, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li l-Kunsilli Lokali ma jistgħux jibqgħu marbutin biss mal-istess affarijiet li kienu jagħmlu 25 sena ilu. Żied li l-Gvern jgħinhom b’diversi skemi sabiex jilħqu lil kulħadd fil-komunitajiet tagħhom. Qal li 40 Kunsill Lokali applikaw għal skema oħra li permezz tagħha se jinvestu aktar fl-ambjent tal-lokalitajiet tagħhom.