Sajd
Għal Ġanni l-Pipi s-sengħa tan-nases qiegħda f’demmu

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu,  anke għaliex in-nases għadhom imfittxija mis-sajjieda.

F’garaxx żgħir fit-triq li mix-Xewkija tagħti għall-Qala, sibna lil Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, iħejji għal ġurnata xogħol.

“Għax inpejjep il-pipa ħabib u kelli z-ziju tiegħi jismu Ġanni. Allura biex jagħrfuna u ma nħarsux it-tnejn x’ħin jgħajjat John, kien jgħiduli l-Pipi lili.”

Minbarra għall-pipa, lil Ġanni jafuh ukoll għax jinseġ il-qasab biex jagħmel in-nases tal-ħut.

Bid-djalett tax-Xewkija, Ġanni l-Pipi qal li l-qasab jiġbru mill-widien. “U kienet għadha l-gwerra, kont nagħmel minn dawn. Inqaxxar dawn.”

Is-sengħa wiritha mingħand in-nanniet. Ta’ 12-il sena beda jaħdem in-nases. “Jekk tkun trid titgħallem, titgħallem għax jien tgħallimt. Mhux hekk.”

Għandu paċenzja liema bħalha. “Jien din is-sengħa tiegħi. In-nassi. Ma sirtx mastrudaxxa. Nagħmel xi bieb.”

Għal kontra ta’ snajja tradizzjonali oħrajn, Ġanni l-Pipi moħħu mistrieħ li sengħetu mhux se tmut għax uliedu sajjieda. “Għandi ħafna tfal. Għandi 10. Imma bħalissa qegħdin għal-lampuki.”

Għalkemm għandu 82 sena u għadu jarmi s-saħħa, Ġanni l-Pipi mhux biħsiebu jieqaf jinseġ in-nases. “Sa ma nkun kapaċi, naħdem dejjem. Dejjem nibqa’ nagħmilhom. Mhux hekk? M’għandix x’nagħmel iżjed.”

Bil-pipa f’ħalqu u l-qasab f’idejh, lil Ġanni l-Pipi ħallejnieh iħejji n-nases għal meta jmur ma’ wliedu fuq il-baħar għall-ħut.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar