COVID-19
Għal issa mhux rakkomandat li tilbes il-maskra barra

Is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li f’dan l-istadju mhux rakkomandat li tintlibes il-maskra barra.

Mistoqsija dwar ir-riskju li l-Covid-19 tittieħed anki fi spazju miftuħ, Prof Gauci ċċarat li għalkemm ir-riskju ta’ trażmissjoni ġewwa huwa ikbar, il-virus xorta jista’ jinfirex barra.

Qalet li huwa għalhekk li dejjem importanti li wieħed iżomm distanza ta’ żewġ metri minn ħaddieħor, u jobdi l-liġi biex ma joqgħodx f’post pubbliku fi grupp ta’ iktar minn 4 persuni.

Madanakollu sostniet li għal issa m’hemmx rakkomandazzjoni biex tintlibes il-maskra barra mill-ħwienet u fuq il-karozza tal-linja. Qalet li min irid jilbisha barra wkoll huwa liberu li jagħmel dan, iżda importanti li jilbisha sew u ma joqgħodx imiss wiċċu.

Ara wkoll:

6 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 6 oħra mfejqa

Aħbarijiet Oħra

Id-dritt tal-aċċess għan-neputijiet u l-inkwiet tal-anzjani dwar il-pandemija kienu fost it-temi diskussi fis-seduta annwali tal-Parlament tan-Nanniet. Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-anzjanità attiva Silvio Parnis qal li l-Gvern ser ikun qiegħed…

L-Aġenzija li tmexxi l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment issospendiet il-liċenzja lill-kumpanija BT International. Is-sidien tal-kumpanija hija Nexia BT, li d-diretturi tagħha kellhom l-assi friżati b’ordni tal-Qorti nhar it-Tnejn bħala parti minn investigazzjoni…

Issuktat fil-Qorti l-kawża li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fejn qed jitlob li jitħassar il-kuntratt ta’ Vitals Global Health Care għat-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi. Fi tmiem is-seduta, Dr…

Taljan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi f’inċident fil-Gżira. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Dr Ġuże’ Miceli għall-ħabta tas-1.15pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn irriżulta…

Aktar