COVID-19
Jintlaħaq ftehim dwar il-prezz tal-maskri 

Hekk kif mil-lum in-nies huma mitluba li jilbsu l-maskra meta joħorġu jixtru jew jużaw it-trasport pubbliku, fit-terminus tal-karozzi tal-linja f’Buġibba, xufiera tal-linja stqarrew li n-nies kellhom attitudnijiet differenti dwar l-ilbies tal-maskri.

“Some of them are wearing. Some of them are not wearing but I keep on advising them to put on masks. If police catch you or inspectors come in the bus you need to pay a fine.”

Il-Professur Gauci tenniet li n-nies għandhom jilbsu maskra jew face shield meta jitilgħu fuq karozza tal-linja. “Id-driver għandu dritt li jekk il-persuni ma jkunux libsin għandu dritt li ma jtellagħhomx.”

Kelliema għall-operatur tat-trasport pubbliku rrimarkat li x-xogħol ix-xufier hu li jsuq il-karozzi tal-linja. Qalet li l-Malta Public Transport talbet għal kjarifiċi dwar il-miżuri l-ġodda mil-awtoritajiet tas-saħħa.

Wara oġġezzjonijiet mill-Kamra tal-Ispiżjara dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li ffissa prezz massimu ta’ 95 ċenteżmu għal maskri disposable u €5 għall-face shields, il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri, ħabbar li ntlaħaq ftehim mal-Kamra tal-Intrapriżi żgħar u medji biex minn għada l-ispiżjara jibdew ibigħu dawn il-prodotti b’dawn il-prezzijiet.

Il-Ministeru qal li se titħallas id-differenza minn kemm kienu xtraw minn dawn il-prodotti għal kemm hu l-prezz massimu li jistħgu ibiegħuhom. Dan se jippermetti li l-ispiżeriji waqt li jimxu mad-direttiva tal-gvern ma jsofrux telf. Il-Ministeru tal-Eknomija qal ukoll li se jraħħas il-VAT fuq dawn il-prodotti biex l-ispiżeriji u negozji oħra joffru prezzijiet aħjar lill-konsumatur.

Aktar qabel, il-Kamra tal-Kummerċ iddeskriviet bħala inaċċettabbli l-fatt li l-Gvern stabilixxa prezz massimu għall-bejgħ ta’ dawn il-prodotti għax qalet li ħoloq preċedent ikrah.

Intant, l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera ħabbret li wara taħditiet mal-awtoritajiet tas-saħħa, ġie deċiż li l-klijenti se jitħallew ineħħu l-maskri waqt li qed jinqdew fil-banek. L-Assoċjazzjoni qalet li dan qed isir fost oħrajn minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Ara wkoll:

Min jinqabad bla maskra mhux se jeħel pieni