COVID-19
“Għal xi raġuni l-Prim Ministru qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown” – Dr Delia

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien qal li dan huwa lockdown.

Qal li dan mhuwiex il-mument tal-politika, iżda li nassiguraw is-saħħa ta’ kulħadd. Appella biex kulħadd jobdi l-ordnijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Dr Delia kien mistoqsi wkoll dwar leave tal-kwarantina għall-nies li jgħixu ma’ persuni vulnerabbli.

Segwi l-intervent sħiħ tiegħu hawn taħt.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Lokali

Fis-sentejn li għaddew kien hemm 96 persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienu vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin f’Malta. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fi tweġiba…

Lokali

Ix-xogħlijiet fuq l-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata għaddejjin b’ rittmu mgħaġġel, tant li sal-aħħar ta’ Lulju se jkunu tlestew 600 qabar ġdid. Dan ifisser li fix-xhur sussegwenti se jiskatta il-proċess legali tax-xiri…

Lokali

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo qal li ħdax-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija jinsabu f’ħabsijiet barra minn Malta. Huwa qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud…

Aktar