Storja
Għala nbena t-tempju ta’ Borġ in-Nadur?

Fost l-għelieqi li jħarsu fuq il-bajja ta’ San Ġorġ, f’Birżebbuġa, it-tempju megalitiku ta’ Borġ in-Nadur jixħet dawl fuq iż-żminijiet preistoriċi tal-gżejjer Maltin. Imur lura mal-2,500 sena qabel Kristu u llum, Heritage Malta fetħitu biex fissret l-istorja ta’ Borg in-Nadur lill-pubbliku li mar iżuru.

Is-sit preistoriku ta’ Borġ in-Nadur jikkonsisti fi fdalijiet ta’ villaġġ li kien abitat fi żmien it-tempji u fi żmien il-bronż. Jinsab f’post uniku bejn żewġ widien u jħares lejn il-bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbugia. L-uffiċjal tal-Heritage Malta, Tonio Cauchi, spjega li isem is-sit huwa mnebbaħ mill-pożizzjoni tiegħu minħabba li jinsab fuq għolja f’żona li hija rikka bil-wirt kulturali, bis-siti ta’ Għar Dalam u ħajt ta’ fortifikazzjoni ta’ żmien il-bronż ftit minuti ‘l bogħod bil-pass.

L-Uffiċjal ta’ Heritage Malta, Tonio Cauchi “dawn kienu jibnu t-tempji x’aktarx fejn ikun hemm ir-riżorsi naturali li komunità neolitika kellha bżonn, l-affarijiet essenzjali bħal ilma, bħat-tafal, bħal baħar viċin u bħal art saqwi, ħamrija tajba.”

Is-Sur Cauchi spjega li s-sit hu mqassam f’diversi żoni li jikkonsistu f’tempju li fih hemm erba’ apsidi u għandu quddiemu wesgħa kbira magħluqa li hija unika għal binjiet bħal dawn, kif ukoll fdalijiet aktar mifruxa fis-sit li l-oriġini tagħhom imorru għal żmien il-Bronż.

Qal li l-fdalijiet jixhdu li ċ-ċivilizzazzjonijiet li kienu jabitaw f’Malta matul dawk iż-żminijiet kienu tant avvanzati u dan jixhdu anke d-disinn li bih kienu jaħdmu t-tempji tagħhom. Qal li t-tempji kienu jintużaw bħala sit sagru fejn l-abitanti ta’ dawk iż-żminjijiet kienu jaduraw lill-allat tagħhom.

“Kienu nies aktar avvanzati u iktar intelliġenti milli nimmaġinawhom aħna avolja ma kellhomx l-affarijiet li għandna llum” qal Tonio Cauchi.

Is-siti kienu skoperti fis-seklu sittax u skavati diversi drabi, l-aktar riċenti fis-seklu tmintax mill-arkeologi Antonio Annetto Caruana u Margaret Murray li investigaw iż-żona prinċipali fejn hemm it-tempji. Dan il-proċess tejjeb l-għarfien ta’ aspetti mill-preistorja bħad-distinzjoni li kien hemm fl-għixien taċ-ċivilizzazzjonijiet minn żmien it-tempji fl-2500 Qabel Kristu, għal żmien il-Bronż. Borg in-Nadur huwa f’idejn Heritage Malta, u jiftaħ fuq talbiet speċifiċi.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar