Turiżmu
Għala t-turisti jagħżlu lil Malta?

Il-Gvern qed jaħdem biex jerġgħu jibdew titjiriet bi skeda lejn il-Libja. Dan tħabbar mill-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi fil-konferenza tal-Assoċċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti fost indikazzjonijiet li hemm tliet kumpaniji li qed ikunu kunsidrati biex joperaw titjiriet lejn l-ajruport ta’ Mitiga fi Tripli. Intant fil-konferenza, l-MHRA ppreżentat ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-industrija turistika fit-tliet xhur tas-sajf meta t-turisti f’Malta żdiedu b’aktar minn 13% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Stħarriġ tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti għall-perjodu bejn Lulju u Settembru juri 43% tat-turisti li ġew Malta din is-sena ġew fit-tliet xhur tas-sajf. L-Istħarriġ juri li fis-sajf ġew Malta kważi 900,000 turist, żieda ta’ 13.3 % fuq is-sajf tas-sena l-oħra. L-iljieli li qattgħu f’Malta żdiedu b’9.3% mqabbla mas-sena l-oħra. Instab ukoll li kważi l-lukandi kollha kienu mimlija bir-riżultat li żdiedet ir-rata għal kull kamra kemm fil-lukandi ta’ ħames stilel kif ukoll dawk ta’ 4 stilel.

L-istħarriġ tal-MHRA jindika ukoll lir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja baqgħu l-aktar tliet swieq importanti għax minnhom waslu 49% tat-turisti. It-turisti qattgħu medja ta’ sitt ijiem f’Malta.

Ir-riżultati tħabbru f’konferenza fil-preżenza ta’ Dr Taleb Rifai li kien is-Segretarju Ġenerali l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda li faħħar il-mod kif Malta qed topera fil-qasam turistiku. Il-President tal-MHRA Tony Zahra filwaqt li qal li huwa sodisfatt ħafna bir-riżultati, iħoss li hemm lok ta’ titjib fil-prodott turistiku.

Tony Zahra qal “qed nagħmlu emfasi kbira biex il-prodott Malti jiġi ħafna aħjar milli qiegħed illum, embellishments Paceville u postijiet oħra u aktar affarijiet li joħorġu l-karattru tal-Malti u l-Maltin.”

Il-Konferenza ġiet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu Robert Arrigo u mill-Ministru Konrad Mizzi li ħabbar li l-Airmalta għall-ewwel darba wara bosta snin mistennija tagħlaq il-kotba finanzjarji tagħha b’mod pożittiv. Qal ukoll li ser tiżdied il-konnettività ma diversi pajjiżi fosthom titjiera skedata lejn Mitiga fil-Libja.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal “is-sena d-dieħla ser inkunu qed nagħfsu fuq rotot ġodda, lejn l-Ewropa fl-Iskandinavja , lejn is-south ser naħdmu through Airmalta biex insaħħu l-Kajr u nesploraw il-possibiltà rotta lejn Bejrut. Xi ħaġa importanti għas-settur tan-negozju li qed jitolbuna ħafna hija l-possibiltà li jkun hawn airline li toffri rotta lejn il-Libja”.

Waqt il-konferenza ġie ffirmat ftehim bejn l-MHRA u l-Middle East University fil-Ġordan għal aktar opportunitajiet ta’ taħriġ għall-ħaddiema fis-settur turistiku.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar