Barranin, Kurżitajiet
Għaliex bħalissa hu l-aħjar żmien għal min hu ‘single’

Iż-żgħażagħ donnhom iktar qed jagħżlu li jibqgħu jgħixu waħidhom milli f’relazzjoni, tant li qed jonqos ukoll l-ammont ta’ żwiġijiet.  Studju li sar fl-Istati Uniti matul is-sena li għaddiet juri li kien hemm rekord ta’ adulti li ma żżewġux li jammontaw għal iktar minn 45%.

Dawk li jiżżewġu qed idumu jaħsbuha għax fil-fatt qed jagħmlu dan il-pass meta jkunu ikbar fl-età.  Studju juru li l-età medja hija ta’ 29.5 għall-irġiel u 27.4 għan-nisa.

L-ammont ta’ persuni jgħixu waħidhom qed jiżdied, tant li fil-Kanada l-midja kienet mehdija tirrapporta kif għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż iktar nies qed jgħixu waħidhom milli f’xi forma ta’ familja.

Li persuna tibqa’ ‘single’ iktar qed issir popolari sar fenomenu kullimkien, mhux fid-dinja tal-punent biss.

Analiżi li saret fuq nofs seklu, bejn l-1960 u l-2011, jirriżulta li minn 78 pajjiż madwar id-dinja, il-maġġoranza assoluta tagħhom qed tiżboq l-idea individwalista, b’iktar persuni jagħtu valur lill-ħbieb iktar milli lill-familja.

Għaliex iż-żgħażagħ qed jippreferu l-ħajja solitarja milli ż-żwieġ?

Fost aspetti oħrajn li joħorġu minn studji li saru jirriżulta li:

  • iż-żwieġ m’għadux ikkunsidrat bħala stadju importanti għall-adulti
  • l-istudenti mhux moħħhom biex isibu tfajla jew ġuvni jew saħansitra lanqas m’huma moħħhom fis-sess
  • persuni ‘single’ qed ikollhom iktar rapporti sesswali mill-miżżewġin
  • jekk tkun f’relazzjoni ma jfissirx li jkollok self-esteem ogħla
  • iż-żwieġ ma jfissirx li tkun f’kundizzjoni ta’ saħħa aħjar

Dawn ir-raġunijiet qed ixejnu l-idea antika li l-iktar ħajja ideali għall-bniedem hija li jkollok relazzjoni ta’ mħabba jew saħansitra ż-żwieġ, tant li ż-żgħażagħ kienu jgħaġġlu biex jiżżewġu.  Iżda jidher li l-persuni ‘single’ m’għadhomx jaħsbuha l-istess u għalhekk bħalissa huwa l-aħjar żmien għal min jgħix waħdu!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Barranin

Waslet il-bewsa tant mistennija li ssiġillat l-imħabba tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, li żżewġu f’ċerimonja fil-Kastell Windsor. Huma ngħaqdu fiż-żwieġ fil-kappella ta’ San Ġorġ fil-preżenza tar-Reġina Elżabetta II u 600…

Barranin

F’Pisa, dik li kellha tkun ġurnata rutina spiċċat f’traġedja għal familja taċ-ċkejkna Giorgia. Jidher li missierha li, kuljum kien iwassal lit-tifla c-child care, nesiha kompletament fil-karozza u baqa’ sejjer ix-xogħol…

Aktar