
Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry.
F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq l-istazzjon Ingliż ITV, Thomas Markle tkellem dwar ir-relazzjoni li għandu ma’ Meghan u żewġha.
Missier Meghan, li għandu 73 sena, qal li żvela kif kellu problemi f’saħħtu lil ma ħallewhx jivjaġġa biex imur għaċ-ċerimonja tat-tieġ ta’ bintu. fil-Kastell ta’ Windsor ix-xahar li għadda. Huwa qal li xtaq b’saħħa jakkumpanja lil bintu lejn l-artal dakinhar tat-tieġ.
Thomas Markle qal li huwa segwa t-tieġ mill-isptar fejn kien qed jirkupra mill-operazzjoni f’qalbu wara l-allegazzjonijiet li kien qed jorkestra xi ritratti mal-paparazzi bi tħejjija għat-tieġ ta’ bintu.
Meghan u Harry ċemplulu qabel it-tieġ, b’Thomas jirrakkonta li sema’ lil bintu tibki, filwaqt li Harry talbu għall-kunsens biex jiżżewwiġha u hu wieġbu iva bil-kundizzjoni li qatt ma jerfa’ jdejh fuqha.
Missier Meghan qal li s’issa għadu ma ltaqax mal-membri tal-familja rjali Ingliża, iżda esprima x-xewqa li xi darba jiltaqa’ mar-Reġina għax jirrispettaha u ilu jammiraha mindu kien tifel.
Ġuvni li għandu għal qalbu l-Malti ma felaħx jara tpinġija ta’ raġel miktuba ħażin u ddeċieda jagħmel waħda minn tiegħu. Ritratt li dar il-midja soċjali ftit tal-jiem ilu b’raġel kburi…
L-awtoritajiet Kolombjani splodew binja ta’ tmien sulari f’Medellin, li fiha kien jgħix ħajja lussuża Pablo Escobar, magħruf bħala r-re tal-kokaina. Escobar kiseb fama bħala wieħed mill-ikbar traffikanti tal-kokaina mill-pajjiżi tal-Amerika…
Żewġ cruise liners jidher li għaddew wisq qrib ta’ xulxin meta kienu sorġuti fil-port ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina. Filmat li nġibed minn passiġier ta’ dgħajsa fl-istess port turi l-vapur MSC…
Ħaddiema Estonjani ħadmu flimkien biex salvaw kelb minn xmara ffriżata iżda ħadu qatgħa meta ntebħu x’għamlu b’idejhom. L-annimal sab ruħu f’diffikultà fi xmara ffrizata meta għadd ta’ ħaddiema qalbhom tajba…