Barranin
Għaliex ġieli tara ħamiem bi swaba’ neqsin?

Il-ħamiem issibu kważi f’kull belt ewlenija madwar id-dinja foshom fil-Belt Valletta, iżda qatt innutajt li xi wħud minnhom bi swaba’ neqsin?

Jidher li dan it-tajr jitlef xi swaba’ mhux għax huwa marid jew l-għaliex jgħix fil-ħmieġ kif ħafna jaħsbu, iżda minħabba xagħar il-bniedem.

Rapport maħruġ minn studju li sar min-National Museum of Natural History (MNHN) u l-Università ta’ Lyon, sab li x-xagħar tal-bniedem kien il-kawża ewlenija għat-telf tas-swaba’ tal-ħamiem. Dan l-għaliex xi mdaqqiet jispiċċa jitkebbeb ma’ saqajhom bil-konsegwenza li jxekkel iċ-ċirkolazzjoni tad-demm li jwassal għat-telf tas-swaba’.

L-istudju jkompli jgħid li, dawk il-ħamiem li jgħixu f’postijiet aktar miftuħa jbatu inqas minn dawk li jgħixu fl-ibliet. Għalhekk, kollox jipponta lejn il-fatt li l-bniedem qed iwassal għal dan kollu. L-akbar inċidenza ta’ ħamiem bla swaba’ nstabu fiż-żoni tal-ibliet fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta’ barbiera. Dan, qalu l-esperti, jitfa’ dawl fuq l-ambjent u t-tniġġis li jġib miegħu l-bniedem.

Dan l-istudju ġie ppubblikat fil-ġurnal Biological Conservation.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Marinella u Francesco, is-sidien ta’ ‘La Fattorietta’, agrituriżmu fi Frigintini fi Sqallija, laqgħu lill-preżentatur ta’ ‘TVAM’ Quinton Scerri u lit-tim tiegħu b’dirgħajhom miftuħa bil-għan li jsajru xi ħaġa bnina flimkien….

Internet

Matul l-aħħar xhur straordinarji, ħobbha jew ogħbodha, it-teknoloġija lkoll ġejna bżonnha. Kienet kruċjali, fost l-oħrajn, biex bosta anzjani ma jinqatgħux għalkollox minn mal-għeżież tagħhom fil-qilla tal-pandemija. Minkejja l-għadd ta’ benefiċċji…

COVID-19

Qabżu t-12-il miljun il-każijiet madwar id-dinja ta’ coronavirus li minnhom irkupraw 6,587,439. Ġew irreġistrati wkoll 549,508 mewt globalment mill-Covid-19. Tokyo l-Ġappun, irreġistra rekord ta’ 224 ta’ infezzjonijiet ġodda li huwa…

Aktar