Kronaka
Għaliex huwa mfittex dan ir-raġel?

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel.

Minn stħarriġ li għamel TVM jirriżulta li l-persuna qed tkun imfittxija mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali b’rabta ma’ serqa li saret fit-18 ta’ Mejju fuq koppja anzjana minn tas-Sliema.

Ir-raġel ta’ 91 sena u martu ta’ 87 sofrew ġrieħi serji meta sfaw attakkati minn ħalliel ftit ħin wara li ħarġu mill-knisja ta’ San Girgor. Il-ħalliel, li l-Pulizija qalet li hu Malti, ħebb għall-koppja anzjana bejn Triq Nicolo Isouard u Triq Dun Karm. Il-ħalliel imbotta lill-anzjan mal-art u ħarab b’ġiżirana tal-perli li qaċċat minn ma’ għonq l-anzjana. L-anzjani għamlu żmien l-isptar għall-kura minħabba ġrieħi li sofrew kawża ta’ dan l-attakk.

Il-Pulizija qalet li tilqa’ kwalunkwe tip ta’ tagħrif dwar ir-raġel fuq in-numri 21 22 40 01 jew 119, anke b’mod anonimu.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar