Barranin
Għaliex ikun hemm kju fit-toilets pubbliċi tan-nisa?

Minkejja li fl-ibliet jgħixu l-irġiel u n-nisa filmat mill-BBC jgħid li dawn mhumiex mibnija tajjeb għal kulħadd, jiġifieri għall-irġiel u n-nisa.

Skont il-filmat, kull belt u raħal huwa ddisinjat u mibni mill-irġiel għall-irġiel. Biss f’dawn l-aħħar erba’ snin f’Barċelona, hemm diversi sindki nisa u qed jippromovu aġenda femminili. Min-naħa tagħhom qed juru kif l-ibliet mhux mibnija għall-ħtiġijiet tan-nisa u qed jaħdmu fuq dan. Wieħed mill-eżempji li jellenkaw huma t-toilets.

Sara Ortiz, urban planner, qalet li psikoloġikament u bijoloġikament in-nisa jużaw aktar it-toilet ta’ spiss. Qalet li diversi ommijiet qalu li ma jistgħux jużaw it-toilets pubbliċi minħabba li ma jkunux jistgħu jdaħħlu l-pram magħhom u allura ma jużawx it-toilet.

Ġie spjegat li filwaqt li n-nisa jużaw aktar it-toilet, l-irġiel jistgħu wkoll jagħmlu użu mit-toilet bilwieqfa u għalhekk fl-istess spazju tista’ tpoġġi aktar toilets f’tal-irġiel. Għaldaqstant intqal li minn tal-inqas l-ispazju tat-toilets tan-nisa għandu jkun tliet darbiet akbar minn tal-irġiel.

Eżempju ieħor għala l-belt mhux mibnija għan-nisa huwa l-mod ta’ kif in-nisa u l-irġiel jużaw l-ispazju b’mod differenti. Ġie spjegat li ġeneralment, eżempju f’bandli jkun hemm spazju vojt fin-nofs, li ġeneralment jintuża biex jintlagħab il-futbol. F’Barċelona provaw jibnu post pubbliku tajjeb kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

Dwar it-trasport, ġie spjegat li s-sistema hija mibnija aktar għall-irġiel. Intqal li skont statistika n-nisa jivvjaġġaw aktar bil-mixi u bit-trasport pubbliku mill-irġiel. Qalet li b’mod ġenerali l-mezzi tat-trasport tan-nisa huma aktar sostenibbli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Eurovision

Illum Eliana ser tkun qed titla’ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest għall-ewwel darba. Ilbieraħ wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ sirna nafu li Malta ser tkun qed tkanta fit-8 post, eżatt fin-nofs…

Barranin

Irjiħat qawwija żiedu mal-pjaga ta’ nirien li għaddeja minnu l-Awstralja bħalissa, hekk kif dawn waslu biex il-Belt ta’ Sydney, titgħatta għal kollox bi dħaħen perikolużi. Fil-fatt, kellhom jinħarġu twissijiet dwar…

Barranin

Xufier ta’ trakk u tifla ta’ ħmistax-il sena mietu filwaqt li għadd ta’ persuni ndarbu hekk kif iġġarraf pont li jagħti għal belt żgħira f’żona turistika popolari fil-Lbiċ ta’ Franza….

Aktar