Barranin
Għaliex il-Coronavirus fatali għal xi wħud mentri oħrajn kull ma taqbadhom uġigħ ta’ ras?

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom huma sintomi ħfief.

Dawn ir-riċerkaturi qed iqabblu l-ġenetika ta’ dawk il-pazjenti li mardu serjament bil-Covid-19 ma’ dawk li ħakimhom b’mod ħafif jew xejn.

Jidher li xi ġenetika partikolari, komuni f’dawk il-pazjenti morda f’qagħda kritika bil-virus, jaf twassal għal predispożizzjoni għall-virus.

Il-Minstru għas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jissieħeb f’dan il-programm ta’ riċerka li qed jitmexxa minn Genomics England biex l-esperti jaslu għal aktar għarfien xjentifiku dwar il-Covid-19.

Għar-riċerka, ix-xjentisti għandhom bżonn sample kbir hekk kif bejn żewġ persuni biss, hemm bejn 4 sa 5 miljun differenza ġenetika.

L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li bl-għarfien miksub, l-esperti jaslu biex joħolqu terapiji li jistgħu jsalvaw il-ħajjiet u li għin biex tiġi evitata imxija oħra.

Kenneth Baillie, tabib li jaħdem fit-taqsima għall-kura intensiva u li qed imexxi l-istudju fl-Università ta’ Edinburgh, qal li ċ-ċans li wieħed imut b’infezzjoni bħalma hi dik tal-Covid-19 tinsab fil-kodiċi ġenetika tal-persuna aktar miċ-ċans li jmut bil-mard tal-qalb jew bil-kanċer.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar