Sport
Għaliex il-Milanisti Maltin se jiċċelebraw bil-kbir din is-sena?

Il-Milan Club Malta din is-sena qed jiċċelebra l-40 sena mit-twaqqif tiegħu.

Mad-90 partitarju tal-klabb Taljan ta’ Milan kienu ltaqgħu għall-ewwel laqgħa ġenerali annwali fil-Belt u ħatru l-ewwel kumitat ta’ Milan Club Malta.  Illum il-ġurnata dan il-klabb huwa l-ikbar supporters’ club tal-Milan fid-dinja.

Fil-programm Waranofsinhar, il-President ta’ Milan Club Malta Daniel Bugeja ta’ spunt tal-attivitajiet li se jkunu qed jittellgħu bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, fosthom iż-żjara f’Malta tal-ġurnalist sportiv ta’ Milan TV Luca Serafini.

L-intervista sħiħa tista’ taraha fuq TVMi – Waranofsinar jixxandar bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa fil-12.15pm.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li xejn mhu se jwaqqfu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni u jikxef kif l-istituzzjonijiet jinsabu maħkuma mill-Gvern. Dr Delia qal li min għandu l-verità miegħu…

Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Aktar