Lokali
Għaliex il-missier ma jistax jibqa’ ħdejn l-omm wara t-twelid tat-tarbija?

Fl-isfond taż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19, il-Ministeru tas-Saħħa ħa miżuri sabiex jipproteġi l-omm u t-tarbija li tkun għadha kemm twieldet.

Koppja li qed tistenna tarbija fil-jiem li ġejjin tkellmet ma’ TVM u spjegat li tinsab imnikkta li l-missier ma jistax jibqa’ fejn l-omm fil-ward wara li titwieled it-tarbija.

Bil-miżuri l-ġodda, il-missier jista’ jibqa’ sakemm titwieled it-tarbija u l-omm tittieħed fil-ward.

TVM jinsab infurmat li din il-miżura ttieħdet sabiex tkun protetta kemm it-tarbija li tkun fraġli kif ukoll l-omm u l-ommijiet l-oħra li jkunu fil-ward.