Ambjent
Għaliex ix-xtieli u ġonna f’xi lokalitajiet niexfa qoxqox?

Il-ġonna f’numru ta’ lokalitajiet li kienu jużaw is-sevizzi ta’ ġardinaġġ tal-konsorzju ELC spiċċaw bix-xtieli nixfin qoxqox.

Dan wara li l-kuntratti li kellhom mal-konsorzju skadew u l-Konsorzju ma tefax l-offerti għas-sejħiet il-ġodda tal-kunsilli minħabba li għadu mhux deċiż jekk huwiex ser jiġi mġedded l-kuntratt li l-konsorzju għandu mal-Gvern li jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena.

Kelliem għall-Ministeru tal-Ambjent qal li waqt li jinsabu f’diskussjonijiet mal-konsorzju ELC, il-Gvern ser ikun qiegħed jimxi mar-rakomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali biex tinħareġ sejħa pubblika għax-xogħol ta ġardinaġġ fl-ispazji pubbliċi.

L-arbuxelli u fjuri fl-ispazji pubbliċi spiċċaw midbiela mhux biss għax is-sajf iżda għax ma komplewx jissaqqew minħabba li l-kuntratti tal-Kunsilli Lokali mal-konsorzju ELC skadew u ma ġewx imġedda.

Is-sindki tan-Naxxar u tal-Qrendi qalu lil TVM li qegħdin isibuha diffiċli biex isibu kuntrattur ieħor li joffrilhom l-istess servizz għall-prezz simili tal-konsorzju ELC.

Is-sindku tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami qalet li tittama li tinstab soluzzjoni.

”Aħna bqajna nittamaw, imma mbagħad qalulna li ma jistgħux jagħtu s-servizz tagħhom iktar. Kellna nixfa kbira n-Naxxar, kellna mbagħad noħorġu direct order ta’ €5,000 biex għalinqas jibdew jissaqew il-ġonna tagħna għax kollox beda jinxef u għalissa qegħdin nistennew minn naħa tal-Minsitru biex ikollna way forward biex ikollna ammont ikbar, ħalli jerġa’ jkollna l-fjuri fin-Naxxar.”

Fil-Qrendi, il-konsorzju ELC estenda s-servizz b’xahrejn sax-xahar id-dieħel. Is-Sindku David Schembri, qal li s-servizz iżda ġie mnaqqas u l-ġardinar li kien assenjat mal-lokalità tal-Qrendi, issa qiegħed jaħdem f’lokalitajiet differenti.

”Id-differenza hija kbira fil-fatt il-fjuri ma għadhomx jiġu daqshekk iktar abbundanti bħal ma kienu qabel, it-tisqija mhux qiegħda ssir daqshekk u anki l-iżbir qieġħed isir mhux kontinwu b’mod regolari imma kienu jiġu b’work force qawwija.”

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Mario Fava, qal li it-38 Kunsill lokali li kienu qegħdin jiddependu fuq is-servizz tal-ELC, għandhom joħorġu sejħa biex jinstab operatur ġdid.

”Jekk imbagħad ser ikun hemm żidiet fil-prezzijiet wieħed imbagħad irid jitkellem mal-finanzi biex naraw kif anki dik li hija allokazzjoni, kif tista’ tgħin lil Kunsilli Lokali anki fl-allokazzjoni diretta li dawn jingħataw fil-bidu tas-sena d-dieħla.”

Kelliem għall-konsorzju ELC qal li l-konsorzju jinsab f’kuntatt mal-Gvern dwar il-possibilità li l-kuntratt bejn il-Gvern u l-konsorzju jiġi estiż.  Huwa qal li jekk il-kuntratt jiġi estiż, ikun jista’ jingħata wkoll is-servizzi lill-Kunsilli Lokali.

Il-Ministeru għall-ambjent qal fi stqarrija li filwaqt li għadejjin diskussjonijiet mal-konsorzju u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Ministeri ser ikun qiegħed jimxi mar-rakomandazzjoni tal-Awditur Ġenerali, biex l-għażla tal-operatur għall-ġardinaġġ tal-ispazji pubbliċi jsir wara sejħa pubblika.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bħal dan iż-żmien mitt sena, f’Malta twieled wieħed mill-aqwa kummidjanti Maltin ta’ kull żmien. Imwieled l-Isla u mrobbi Bormla, Charles Clews hu kkunsidrat re tal-komiċità Maltija speċjalment għall-umoriżmu nadif tiegħu…

Lokali

Id-diriġenti tal-Fondazzjoni Puttinu qalu lil TVM li wara li fil-maratona ta’ tmiem il-gimgha inġabret is-somma ta’ ‘l fuq minn miljun u sitt mitt elf ewro, il-mira biex iseħħ il-proġett għal…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda l-ewwel rotta tal-inbejjed, jew wine trail, f’pajjiżna filwaqt li ħabbar li se jkun hemm il-Vintners’ Open Weekend is-Sibt 21 u l-Ħadd…

Lokali

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn li se jittella’ fl-20, fil-21 u fit-22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa. Dan…

Aktar