Lokali
Għaliex kull sena jitwieldu iżjed subien minn bniet?

Ta’ kull sena f’Malta, bħall-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar id-dinja, jitwieldu iżjed subien minn bniet. Il-kirurgu tat-tfal li jispeċjalizza fil-qalb, il-Professur Victor Grech, li ilu jistudja u jirriċerka dan is-suġġett għal diversi snin, tkellem ma’ TVM fuq id-diversi raġunijiet għaliex dan iseħħ, fosthom għaliex jidher li n-natura tagħmel iżjed subien minn bniet biex tikkompensa li s-subien għandhom it-tendenza jmutu iżjed, anke wara t-twelid.

Kull sena f’Malta jitwieldu iżjed subien minn bniet. Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fis-snin bejn l-2013 u l-2017 twieldu medja ta’ 160 tifel iżjed kull sena. Il-kirurgu tat-tfal li jispeċjalizza fil-qalb, il-Professur Victor Grech, qal li hemm diversi raġunijiet li jwasslu għal dan il-fatt.

Il-Professur Victor Grech qal “naħsbu li n-natura tagħmel iktar subien biex tikkompensa li wara t-twelid s-subien għandhom it-tendenza li jmutu iktar. Allura biex ikollok numru ugwali ta’ subien u bniet meta tasal iż-żmien meta jkollkom it-tfal, hemm dan l-eċċess.”

Għaliex is-subien imutu iżjed mill-bniet meta jkunu trabi jew tfal żgħar?

“Ir-raġuni hi li s-subien ikollhom iktar malformations, jitwieldu iktar bi problemi f’qalbhom, fil-kliewi, etc. Ikollhom iktar cancers meta jkunu tfal, u s-subien iktar avventurużi u hemm iżjed ċans li jkorru f’xi aċċident fiżiku” qal Profs. Grech.

Din ix-xejra ta’ iżjed subien minn bniet hi hekk madwar id-dinja, u fil-pajjiżi Ażjatiċi hemm ħafna iżjed subien minn bniet minħabba li jidher li ġew abortiti ħafna bniet.

Profs. Grech qal “L-iktar ħaġa kerha filfatt li jagħmel il-bniedem hu li fil-pajjiżi Ażjatiċi l-kultura tagħhom hi li jippreferu subien minn bniet. Hu kkalkulat li hawn mill-inqas mitt miljun, jista’ jkun 150 miljun, jista’ jkun anke 200 miljun mara nieqsa fid-dinja għax ġew abortiti, terminati, sempliċiment għax huma nisa…. Ħaġ’oħra li taffettwa u tirriżulta f’nuqqas ta’ bniet hi r-radjazzjoni. Ir-radiation minn bombi atomiċi u minn tests nuklejari, huwa l-iktar toxin, ħaġa perikoluża fl-ambjent, li tista’ teqred il-bniet fil-ġuf iktar mis-subien.”

Qal li dan ħareġ ċar wara testijiet nuklejari u wkoll wara Chernobyl fl-1986, fejn dak iż-żminijiet twieldu iżjed subien minn bniet minħabba li r-radjazzjoni hi waħda mill-ftit fatturi li tolqot lill-bniet fil-ġuf. Il-Professur Victor Grech qal li min-naħa l-oħra, mara tqila li tgħaddi minn stress u hemm ċans li tkorri, iżjed tkorri l-iktar wild id-dgħajjef, u dawn huma s-subien. Sostna wkoll li r-riċerka urietu li f’pajjiżi fejn saru xi ċelebrazzjonijiet, bħar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja, jew ikun hemm wild Irjali, l-attività sesswali tiżdied u dan iwassal għal perjodu ta’ iżjed subien minn bniet minħabba li ċ-ċansijiet li jitwieldu s-subien huma kemm eżatt wara u wkoll eżatt qabel mal-mara jkollha l-period.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar