Lifestyle
Għaliex wara l-btajjel qed tħossok għajjien xorta waħda?

Ħafna waqfu ftit mir-rutina tax-xogħol u qattgħu ftit tal-jiem rilassati jew marru btala f’dawn il-jiem tas-sajf.  Issa li qegħdin lura fuq il-post tax-xogħol hawn min għadu qed iħossu għajjien xorta waħda bħal li kieku ma kellux btajjel.

Riċerka riċenti mill-Assoċjazzjoni tal-Psikoloġi Amerikani wriet kif il-parti l-kbira tal-ħaddiema jieħdu r-ruħ meta jieqfu għal ftit jiem ta’ vaganza, iżda meta jirritornaw għax-xogħol, wara ftit tal-jiem, iħossuhom għajjenin ħafna.

33% li ġew intervistati mir-riċerkaturi qalu li jħossuhom iktar pożittivi u b’iktar enerġija meta jirritornaw għax-xogħol, filwaqt li 57% iħossuhom iktar motivati u inqas stressati u għalhekk ikunu kapaċi jagħtu l-100%.

Madanakollu, 25% qalu li malli jirritornaw ix-xogħol jibdew iħossuhom taħt pressjoni daqs li kieku ma waqfux għal btala.  40% oħra wieġbu li jippruvaw jibqgħu ottimisti għal xi jiem, iżda wara ftit jerġgħu jħossu l-istress jaħkimhom.

Esperti fil-qasam huma tal-fehma li dan huwa sintomu komuni għax il-btajjel inaqqsu r-ritmu ta’ dak li jkun, u meta jirritorna għax-xogħol, ikun irid jerġa’ jibda jadatta għar-rutina u l-istress.

Ikun jridu jgħaddu bejn ġimgħa jew ġimgħatejn biex wieħed jirnexxielu jegħleb l-għejja u jsib il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.  Għalhekk huwa rrakkomandat li jagħmel ħafna eżerċizzju.

Min jgħaddi minn sitwazzjoni ta’ din ix-xorta, magħrufa mal-psikoloġi bħala stress recovery routine, ikun jeħtieġ jirkupra billi kull tant ħin, meta jkun fuq il-post tax-xogħol, jieqaf u jqum jippassiġġa biex inaqqas it-tensjoni.

Eżempju klassiku jista’ jkun dan li ġej – wara 25 xogħol fuq l-iskrivanija, ħaddiem jieqaf għal pawża ta’ 5 minuti, u wara jkompli bix-xogħol tiegħu.  Dan jirrepetih matul il-ġurnata sakemm jgħolli l-produttività mill-ġdid.

Huwa rrakkomandat ukoll li flok btala waħda u twila fis-sena, aħjar tieqaf għal ftit tal-jiem iżda ta’ spiss, biex ma tħossx wisq id-differenza bejn l-istress tax-xogħol u l-jiem kajmani tal-btajjel għax ir-rutina taffettwa ħafna lill-mod kif jaħdem il-ġisem!

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom. Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011…

Barranin

Raġel ġie arrestat ħdejn il-Buckingham Palace wara li nqabad b’arma fuqu. Siti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel ta’ 38 sena ġie mwaqqaf għall-ħabta tas-1pm mill-ħaddiema ta’ sigurtà fid-daħla tal-viżitaturi. Fuq…

Ikel

Fl-Iżvizzera, l-elettorat ivvota kontra żewġ proposti għal ikel sostenibbli. L-ewwel riżultati juru li 60% tal-elettorat ivvota kontra dawn il-proposti li kellhom l-għan jsaħħu l-agrikoltura Żvizzera u jippromwovu agrikoltura iktar sostenibbli….

Barranin

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn qal li hu lest jappoġġja referendum ieħor dwar l-Unjoni Ewropea jekk il-membri tal-partit tiegħu jkunu jridu. Qal li għalkemm hu jippreferi elezzjoni ġenerali, ikun…

Aktar