Kultura
Għall-ewwel darba barra r-Renju Unit – il-Papplewick School Choir f’Malta

Kor tat-tfal minn skola fil-belt ta’ Ascot fl-Ingilterra għamel id-debutt tiegħu barra mir-Renju Unit bi tliet kunċerti f’Malta fi tmiem il-ġimgħa.

Kor magħmul mill-ilħna anġeliċi ta’ sittax-il korista subien u l-vjolinista Tonwyn Li, li jattendu l-iskola Papplewick fir-Renju Unit, ta tliet kunċerti fi knejjes Maltin bi stedina mill-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.

Il-kor immexxi mis-surmast Robert Parton jinterpreta innijiet minn kompożituri magħrufa fosthom John Rutter, Colin Gibson u Felix Mendelssohn.

Id-direttur tal-kor u l-organista, Chris Goodwin, qal li t-tfal jissieltu biex jingħaqdu mal-kor, u s-sittax-il korista jattendu għal provi kuljum.

Id-Direttur tal-Papplewick School Choir, Chris Goodwin qal ”music is really important its a universal language, a lot of boys who come to Papperwick are not English born, so its very important cause singing brings them together, singing is very important at our school, we pride ourselves on good singing at our chapel.”

Din kienet l-ewwel żjara tal-kor barra mir-Renju Unit. F’Malta, il-kunċerti saru fil-knisja ta’ San Ġwann tas-Salib f’Ta’ Xbiex fejn din is-sena l-parroċċa qed tfakkar il-ħamsin sena mit-twaqqif tagħha; fil-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija li qed tfakkar l-425 sena; u fis-Santwarju ddedikat lil Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar