Droga
16-il persuna jiggradwaw wara li temmew programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

16-il persuna, fosthom żewġ nisa, fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-55 sena, temmew programm ta’ rijabilitazzjoni mill-użu tad-droga u ħadu sehem f’ċerimonja ta’ gradwazzjoni li ċċelebrat is-suċċess tagħhom.

Iċ-ċerimonja bit-tema ‘Wirt ta’ Mħabba’ ġiet ippreseduta mill-President George Vella, li ppreżenta ċertifikati lil dawn il-persuni li temmew il-programm b’suċċess.

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li s-soċjetà għandha tagħmel minn kollox biex issaħħaħ il-familja u ma tibżax mid-dixxiplina li tispunta mill-imħabba. Stqarr li t-theddida għall-familja bħala l-bażi tas-soċjetà hi theddida ta’ kollass fis-soċjetà tagħna.

Is-Sur Gatt esprima tama li ma jingħatax il-possibilità ta’ aċċess legali għall-użu rikreattiv tal-kannabis.

Id-Direttur qal li s-sena li għaddiet kien hemm 738 persuna li ħabbtu l-bieb tal-Cartias minħabba problemi ta’ abbuż ta’ sustanza. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Caritas, in-numru ta’ persuni li talbu l-għajnuna u li jabbużaw mill-kokaina kien jaqbeż lil dawk li kienu jabbużaw mill-eroina.

Il-President George Vella qal li din iċ-ċelebrazzjoni hija rikonoxximent żgħir għal dan il-vjaġġ kontinwu lejn ħajja aħjar. Dr Vella sellem il-perseveranza u d-determinazzjoni li l-persuni li gradwaw urew u qed ikomplu juru biex jerġgħu jieħdu r-riedni ta’ ħajjithom f’idejhom. Il-President appella lill-poplu Malti jimplimenta politika ta’ inklużjoni, biex persuni li ma baqgħux dipendenti mid-droga jħossuhom parti mis-soċjetà.

L-Arċisqof Charles J Scicluna qal li nkunu qed inqarrqu bina nfusna meta nsejħu xi tip ta’ droga rikreattiva, għax m’hemm xejn rikreattiv f’xi ħaġa li tkissrek. L-Arċisqof Scicluna qal li qed ngħixu f’soċjetà fejn qed tiżdied kultura fejn ħadd ma jieħu responsabilità tal-aġir tiegħu, iżda fi kliemu – dawn iż-żgħażagħ li gradwaw qed jifhmu li l-vuċi tal-imħabba tgħinhom jaċċettaw il-konsegwenzi tal-għażliet tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar