Lokali
“Għall-ewwel ommi ma ntebħitx x’kien qed jiġri” – Lindsey Smith

Jumejn wara li l-binja fejn kienet toqgħod Maggie Smith fil-Mellieħa spiċċat borġ ġebel, Maggie għadha trawmatizza. Hija ħarġet mill-isptar u qed toqgħod ma’ ħbieb tal-familja. Bintha Lindsey li sa ftit qabel iġġaraf il-bini kienet fil-istess binja ma’ binha ta’ erba’ snin, qalet lil TVM li ommha ma tistax temmen kif spiċċat bla saqaf fuq rasha.

Lindsey Smith reġgħet żaret il-binja mġarfa fejn kienet toqgħod u li għal ftit ma spiċċax il-qabar tagħha, ta’ binha u ta’ ommha meta s-Sibt filgħodu ġġaraf b’tebqa ta’ għajn. Stqarret li ommha għall-ewwel ma ntebħitx x’kien qed jiġri.

“She didn’t know that the front part of the house crumbled. She just thought it was debris falling. She did not know what was going on. She was screaming for help for about 20 minutes. She didn’t think anybody could hear her” qalet Lindsey Smith.

Bid-dmugħ f’għajnejha, Lindsey, li ġiet Malta ma’ binha ta’ erba’ snin, ingħatat l-aħbar tat-traġedja ta’ ommha fuq l-ajruplan minuti qabel kienet se titlaq lejn l-Ingilterra.

Lindsey Smith qalet “they told me your mother’s house has fallen down and she’s in hospital. We got off the plane and the police escorted us back through security round to Mater Dei”.

Fl-isptar kemm hi kif ukoll ommha ferħu mhux ftit li raw lil xulxin ħajjin. “We cried and hugged on the hospital bed.”

Waqt li faħħret lill-Pulizija, it-tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, b’mod partikolari lill-pumpier Charlo Portelli li ħareġ lil ommha mil-kamra ta-sodda nofsha mġarfa, Lindsey stqarret li kienet tistenna iktar sensittiva mil-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta.

“I’ve been a bit upset, saddened by their lack of concern, lack of support and by the lack of just empathy in the situation” qalet Lindsey Smith.

L-anzjana ħarġet mill-isptar il-Ħadd, u qed toqgħod ma’ ħabiba tagħhom. Il-prijorità ta’ Lindsey issa hija li tinstabilha dar u tkompli tgħix ħajjitha. Lindsey qalet li l-ġenituri tagħha ilhom jgħixu Malta 15-il sena, l-aħħar 11-il sena fl-appartament li ġġaraf fil-Mellieħa fejn l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman…

Annimali

It-talba għal programm nazzjonali ta’ neutering tal-massa għall-qtates u li jsir ukoll micro chipping obbligatorju/reġistrazzjoni ta’ klieb u ta’ qtates, kienu fost seba’ talbiet li ressaq il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali lill-Ministeru għall-Biedja,…

Kultura

Bir-raħal tal-Qrendi jżuruh aktar minn 200,000 turist fis-sena, minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur vara proġett pilota fil-Qrendi bħala parti minn…

Politika

Alternattiva Demokratika nediet dak li qed issejjaħ pjan aħdar biex l-ekonomija tqum fuq saqajha mill-ġdid wara l-pandemija. Id-dokument jinkludi tnax-il punt li qalet huma bbażati fuq is-solidarjetà. Għall-Alternattiva Demokratika, dan…

Aktar