Għall-Qorti wara litanija ta’ dagħa u kliem ħażin fir-Regatta tal-Vitorja
Il-Pulizija kkonkludiet l-investigazzjonijiet tagħha dwar l-imġieba mhux xierqa ta’ xi uffiċċjali ta’ klabbs tar-Regatta abbord Patrol Boat tal-Forzi Armati waqt ir-Regatta tat-8 ta’ Settembru li għadda.
Il-każ kien inġieb għall-attenzjoni tal-Pulizija minn tvm.com.mt li fir-Regatta tal-Vitorja kellu crew abbord il-patrol boat.
Fuq il-lanċa tal-armata kien hemm rappreżentanti tas-seba’ klabbs li ħadu sehem biex isegwu mill-qrib.
F’xi ħinijiet, uħud minnhom lissnu litanija ta’ dagħa u kliem ħażin.
Dawn ġew identifikati mill-Pulizija, b’kelliema għall-korp qalet li nħarġu akkużi fil-konfront ta’ żewġ persuni li kienu fuq il-patrol boat u li nstemgħu jidgħu u jitkellmu baxx.  Il-każ se jinstema’ l-Qorti fix-xhur li ġejjin, fis-seduta tad-distrett tal-Belt.

 

Ara wkoll Litanija ta’ dagħa fuq patrol boat